Malta Today tagħti konferma tal-kredibilita’ tal-informazzjoni mogħtija f’ dan is-sit

Ftit tal-jiem ilu, f’dan is-sit kien deher artiklu li fih kien intqal li l-Lejber qiegħed b’vantaġġ ta’ 46,000 vot differenza. Kien intqal ukoll li allavolja qed jikber t-tġerġir kontra Robert Abela, Abela xorta rnexxilu jżomm id-distakk li kellu fuq il-Partit Nazzjonalista. Illum ħareġ is-survey tal-Malta Today għax-xahar ta’ Jannar u dan is-survey ikkonferma dan li kont ħabbart ftit ilu fuq dan is-sit jiġifieri li d-distakk għadu ta’ 46,000.

Biss dak li jinkwetak huwa il-fatt ta’ kif il-media Nazzjonalista, quddiem dawn is-surveys disastrużi, qed tkompli tipprova tipproġetta illużjoni li l-Lejber sejjer ħażin u l-PN qed javvanza. Vera sejjer ħażin il-Lejber imma l-Partit Nazzjonalista mhux qed javvanża xejn. Anzi sejjer agħar mill-Partit Laburista!

Fi kliem ieħor, minn dan ir-rigress, il-Partit Nazzjonalista ma hu qed igawdi xejn. Dawk li qed igergru fil-Lejber mhux lesti jivvutaw PN, waqt li l-PN qed ikompli jitlef mill-core voters tiegħu. U dan kollu grazzi għal Bernard Grech u t-tim tiegħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published.