L-ebda kumment minn David Thake dwar il-fatt li xtara żewġ appartamenti u karozza lussuża Tesla
Fuq il-Malta Today, deher kumment fejn fih, xi ħadd fl-anomita, kiteb li David Thake xtara karozza Tesla u żewġ appartament. Jekk dan hu minnu ma nafx. Biss napprezza li David Thake jispjega u jgħid jekk dan hux minnu jew le. Qed ngħid dan għaliex hu qal li ma ħallax il-VAT biex ikun jista’ jżomm il-ħaddiema fl-impjieg tagħhom waqt il-Covid-19.

Jekk dan hu minnu, jiġifieri żamm il-flus biex iħallas lill-ħaddiema, kif fl-istess ħin kellu flus biex jixtri karozza lussuża u żewġ appartamenti? Dak li hu żgur li jekk wieħed jagħmel riċerka jsib li hemm appartament marbut ma’ l-isem David Thake. Wieħed qiegħed f’San Pawl il-Baħar u ieħor Ħal Balzan. Hu importanti li Thake jikkonferma jew jinnega din l-istorja. Il-fatt li rreżenja mill-Parlament ma jnaqqas xejn mill-mertu li n-nies jistaqsu dwar dawn l-affairijiet.
Fuq kollox jekk dan il-kumment huwa korrett, allura David Thake ipprova jqarraq bil-poplu meta qal li huwa ma ħallasx il-VAT minħabba żball amministrattiv.
Min-naħa ta’ dan is-sit bagħat messaġġ fuq Messenger lis-Sur David Thake fuq dan il-kumment biex jikkonferma jew jiċħad jekk hux vera li hu xtara Tesla u żewġ appartamenti. Sakemm morna biex nippubblika dan l-artiklu, ma kellhiex tweġiba.
Dak li dan is-sit jista’ jżid li f’Awwissu li għadda, David Thake tella’ riklam fuq Facebook fejn qal li għandu għall-bejgħ il-Mercedes tiegħu għall-erbatax-il elf euro.

Thake ghandu iwwegeb.