Inkwiet kbir fi ħdan Repubblika minħabba l-każ ta’ David Thake

Advertisements

Is-sigrieti li prova jaħbi David Thake ħasdu lill-Għaqda Repubblika. Kienu żewġ gazzetti ewlenin Maltin li kixfu għajn Thake u xandrulu nuqqasijiet serji fit-tmexxija tal-businesses tiegħu. Fejn is-soltu Repubblika jkunu pronti joħorġu xi stqarrija u jgħidu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga, din id-darba baqgħu ħalqhom magħluq u ma ħarġux kundanna lil wieħed ta’ ġewwa tagħhom li kien dejjem fuq quddiem f’dak kollu li organizzaw Repubblika et al.

Dan is-sit indaga ftit din is-sitwazzjoni u sab li dan il-fatt ma għoġobx lil kulħadd f’Repubblika tant li nqala’ nkwiet u saħansitra ssemmgħu r-rabtiet parentali li jeżistu bejn David Thake u membru tat-tmexxija ta’ Repubblika.

Fost dak li semma’ kien hemm rabtiet tal-imgħoddi bejn David Thake u Carol Aquilina u ħu Robert Aquilina, il-President ta’ Repubblika. Permezz tal-eks-żwieġ tiegħu, David Thake kien tħallat mal-familja ta’ Aquilina. Anki jekk din il-parentela spiċċat, l-eks-mara tiegħu kienet u għadha ukoll attiva’ fil-moviment Repubblika.

Allura Thake ġab lil Repubblika f’sitwazzjoni xi ftit iżjed imbarazzanti. Tant kienu qrib fil-familji li David Thake kien qagħad parrinu lill-familja Aquilina. Allura l-iskumdita’ tal-fatti dwar Thake ġabu lill-aħwa Aquilina f’pożizzjoni imbarazzanti ħafna aktar milli wieħed jistenna.

Ovvjament imbagħad jidħlu l-impjegati tal-kumpaniji ta’ David Thake li fosthom hemm ukoll uliedu, li jkompli jitfgħu dell diffiċli fuq it-tmexxija ta’ Repubblika, għaliex Aquilina huma pparentati b’mod dirett ma’ ulied Thake.

Forsi għalhekk Repubblika ma ħarġux bi ħġarhom kontra David Thake u ma attakkawhx kif inhuma mdorrijin jagħmlu ma’ ħaddieħor. Forsi għalhekk ma rajna ebda dikjarazzjoni minn Robert Aquilina u la huwa u l-anqas il-viċi-tiegħu ma għamlu xi stqarrija. Forsi konna nistennew li naraw lil Robert Aquilina quddiem xi business ta’ Thake jelenka n-nuqqasijiet serji li ħaddan David Thake. S’issa għadna ma rajna ebda attakk, ebda talba għal azzjoni immedjata mill-pulizija.

Vera li wasslet r-reżenja ta’ David Thake. Imma tard wisq għal Repubblika għax Thake fehem li s-sitwazzjoni tiegħu ma kienetx tenibbli u bil-fors kellu jgħaddi minn dak li għadda. Anżi fl-opinjoni ta’ ħafna dam wisq biex ħa l-pass aħħari.