Għaliex dan mhux każ ta’ femiċidju u l-anqas rape: wisq probabbli hu każ ta’ nekrofilja

Naħseb li wasal iż-żmien li l-Marxisti jieqfu b’din il-mantra li dan id-delitt ta’ Paulina Dembska kien femiċidju. Mhux ser nargumenta li kellna każ ta’ omiċidju fejn mara qed tkun akkużata li qatlet lir-raġel tagħha imma ftit li xejn il-poplu Malti u l-media tkellmet fuq dan il-każ. F’dan il-każ, il-vittma kienet ukoll barranija, mhux Pollakka imma Filippina u xorta ħadd ma tkellem u qal miskien ir-raġel!

Imma dan mhux l-argument. L-argument huwa ieħor. Hawn għandna bniedem li qed ikun akkużat li qatel u rrappja lill-vittma tiegħu. Hemm anki deskrizzjoni ta’ kif sar ir-rape, jiġifieri vaġinali, orali u anki anali. Qed nitkellmu fuq akkużat li hu b’saħħtu. Ejja għall-argument ngħidu li hu qatilha. Jien dejjem nemmen fil-preżunzjoni tal-innoċenza u dan l-akkużat għandu jgawdi minn din il-preżunzjoni. Il-vittma tiegħu hija mara ftit ikbar minnu. Forsi mhix b’saħħitha daqsu imma verament ried dan ir-raġel ikollu saħħa barranija biex jagħmel dak kollu mingħajr ma jidher li kien hemm tant resistenza mill-vittma. Għall-inqas, il-pulizija għadha ma qalitx li l-akkużat instab fuqu xi marki kkawżati minn resistenza li wriet il-mara waqt li kienet qed tiġi vjolentata. L-anqas naħseb li dan hu każ fejn dawn il-marki ma jeżistux għaliex Paulina Dembska tat il-kunsens tagħha!

Mela għandna tliet xenarji. L-ewwel wieħed hu li dan ir-raġel verament kien ippossessat tant li ġietu saħħa barranija li seta’ jagħmel dawn l-atti kollha fuq il-vittma tiegħu mingħajr ma jsoffri danni u jiddominaha b’mod assolut. Biss ma naħsibx li dan hu l-każ.

It-tieni li min wettaq dan id-delitt jew għall-inqas ir-rape ma kienx waħdu. B’hekk il-vittma setgħet tkun mrażżna. Imma dan l-anqas ħareġ mill-istħarriġ tal-pulizija. Għall-inqas, il-pulizija ma qalitx li qed tinvestiga lil xi ħadd ieħor b’rabta ma’ dan id-delitt.

Hemm it-tielet opzjoni li kienet ġa ġiet espressa fuq dan is-sit jiġifieri li min qatel lil Paulina Dembska seta’ kellu x’jaqsam magħha wara li qatilha. F’dan il-każ, ma naħsibx li l-pulizija hija korretta li tqies dan l-att bħala rape u l-anqas hija korretta li takkuża lil Abner Aquilina b’rape. F’dan il-każ, dan hu att ta’ nekrofilja. Dan hu terminu li ġej mill-Grieġ. Nekros tfisser katavru u philios fil-Grieġ tfisser attrazzjoni jew mħabba. Fi kliem ieħor, b’din il-kelma jkun mfisser attrazzjoni sesswali ta’ xi ħadd lejn ġisem mejjet.

Jista’ jagħti l-każ li kien hemm attentat ta’ rape li beda qabel ma’ l-aggressur qatel lill-vittma. Imbagħad waqaf sakemm l-aggressur qatel lill-vittma tiegħu u kompla wara bir-rape fuq il-vittma mejta. Biss hu kważi impossibli li wieħed jibda jwettaq rape fuq persuna ħajja f’post daqshekk abitat u frekwentat – anki jekk filgħodu kmieni – mingħajr ma jkun hemm l-ebda reazzjoni jew kommossjoni li tiġbed l-attenzjoni ta’ xi ħadd. Mela aktar hu probabbli li dawn l-atti sesswali twettqu wara li l-vittma nqatlet.

Issa jekk quddiemna għandha każ ta’ nekrofilja, allura l-akkuża ta’ rape strettament taqa’. Għaliex nekrofilja huwa reat separat – anki jekk strettament mhux mitqies bħala reat skont il-liġijiet Malti ħlief f’każ ta’ delitt. Minħabba dan il-fatt, is-sena l-oħra, id-deputat Nazzjonalista Mario Galea kien qajjem dan il-punt fl-aġġornament tal-Parlament u talab li dan jibda jkun ikkunsidrat bħala reat kriminali.

Mela, f’dan il-każ, iċ-ċans huwa li l-akkuża ta’ rape taqa’ għaliex l-atti sesswali deskritti seħħew fuq persuna mejta u sess ma’ persuna mejta mhux reat skont il-liġijiet ta’ Malta. Nekrofilja issir reat kriminali meta l-mens rea, jiġifieri r-raġuni jew l-intenzjoni tad-delitt tkun dik marbuta mal-fatt li bniedem joqtol persuna biex ikollu x’jaqsam magħha. F’dan il-kuntest, il-proċedura kriminali hija differenti. Infatti, fuq dan il-punt kienet tkellmet il-Malta Independent meta rrappurtat dak li kien qal Mario Galea fil-Parlament dwar dan it-tip ta’ reat:

Presently, therefore, the only way for necrophilia to be convicted in court is through the illegalities leading up to necrophilia. This means that if someone was to murder a person for their necrophilia needs, they would be firstly charged with murder, and then necrophilia would be considered as a motive.

Wieħed irid jara jekk il-pulizija hux ser iġġib il-nekrofilja bħala raġuni għal dan id-delitt. Jekk le, ir-rape fuq il-vittma jaqa’ sakemm il-pulizija ma tippruvax li dak kollu li qalet jew parti minnu, jiġifieri li kien hemm sess anali, vaġinali u orali seħħ anki meta l-vittma kienet għadha ħajja.

Qed inġib artiklu mill-Malta Independent fejn jitkellem dwar dan il-punt u l-pożizzjoni li kien ħa Mario Galea fuq is-suġġett tan-nekrofilja.

https://www.independent.com.mt/articles/2021-11-29/local-news/PN-MP-Mario-Galea-calls-for-proper-legal-framework-to-ensure-illegality-of-necrophilia-6736238680

Leave a Reply

Your email address will not be published.