X’ser jiġri mill-investigazzjoni ta’ George Hyzler issa li David Thake irreżenja?
Blog post minn osservatur politiku
Il-bieraħ kellna l-gazzetti kollha jitkellmu dwar ir-reżenja ta’ David Thake minn deputat tal-Parlament Malti. Bla ma trid ikollok tagħmel ftit riflessjonijiet. L-ewwel. Allura issa se tieqaf l-investigazzjoni li qed jagħmel il-Kummissarju tal-iStandards, George Hyzler? Dr Hyzler jagħmel investigazzjonijiet fuq membri tal-parlament. Minn ftit tas-siegħat ‘l hawn minn meta rreżenja David Thake jfisser li Dr Hyzler ser ikun qed jagħmel investigazzjoni fuq eks-deputat.
Din l-investigazzjoni ser tieqaf hemm? Jekk tieqaf hemm, m’aħniex ser inkun nafu jekk Thake mexiex b’mod etiku f’dak li għamel. Kemm hu sewwa li bħala deputat jitlob biex jiġi investigat u wara ftit jirreżenja biex l-istess investigazzjoni tista tieqaf ħesrem. Nittama li din l-inkjesta tkompli ħalli nkunu nafu jekk Thake irreżenjax għal xejn jew le.
It-tieni. Thake tella’ video tiegħu biex jgħid li hu rreżenja. Fih qal kemm-il darba li hu għamel ‘żball redikolu, stupidu amministrattiv’ u missu kien aktar attent bħala direttur tal-kumpanija. Huwa sostna li minħabba f’hekk jista’ jisħaq li l-istandards tiegħu huma differenti minn dawk ta’ membri tal-Partit Laburista. Nistaqsu, kif inhuma differenti meta jikxfuk li tkun inqast li tagħti lill-iStat ‘l fuq minn tlett kwarti ta’ miljun euro?
Kompla jgħid li l-iżball li għamel safa minfuħ mill-Partit Laburista permezz tal-midja tiegħu. Qed kważi iħossu sfortunat li l-media Laburista għamlet xogħolha u kompliet isostni li għandha tikxef dawk l-iżbalji kollha li għamel David Thake.
It-tielet. F’dan il-messaġġ tiegħu David Thake fetaħ attakk fuq il-Gvern, ir-rappreżentanti tiegħu u fuq il-media tal-Partit Laburista. Huwa prova jiżloq mill-iżbalji tiegħu billi għajjar lill-Gvern bħala ‘organizzazzjoni kriminali’ li tefgħatna fuq il-grey list. Araw x’qal waqt dan il-video:
“Tridu nies li jaħsbu li l-pajjiż huwa l-piggy bank tagħhom? Dak li tridu? Għax jekk hekk tridu, b’ħames snin oħra ta’ Gvern Laburista hekk se tieħdu.”
Ir-raba’. Prova jrattab l-qlub billi qagħad jgħid dwar il-prinċipji li għallmuh ommu u missieru. Ma għandi ebda dubju li ommu u missieru kienu nies ta’ prinċipji. Imma għalkemm għallmuh tajjeb hu ma kienx bil-għaqal biżżejjed għax xorta spiċċa jagħmel żbalji kardinali.
Allura bil-fors ikollok tikkonkludi li għalkemm trawwem bi prinċipji sodi, kien hu waħdu li għamel żbalji kbar li swewlu l-ħajja politika tiegħu. Iktar ma jpaċpaċ iktar ikompli jikkonferma li żbalji bħal dawn ma għandhom isiru qatt u minn ħadd. Imma, skond kliemu stess, jidher li għamel dawn l-iżbalji konxjament. Meta persuna tammetti li missu kien jaf aħjar ifisser li kien jaf x’qed jagħmel. Jista’ jħabbat fuq sidru kemm irid u jgħid li kollu tort tiegħu għax ma hu se jirranġa xejn anżi ikompli jitfa’ dubji kif persuna li tiftaħar li hi ta’ prinċiplu tikkommetti żbalji bħal dawn. Allura jkun inutli li jipprova jibla’ l-mediċina billi jieħu ħelwa magħha għax ma jagħmilx sens. Kien kollu kliem żejjed li biex ħabbar li se jirreżenja mill-parlament kellu jaqa’ fil-baxx iżjed u jarma jgħajjar lill-avversarji politiċi tiegħu.
Hazin jekk tieqaf ghax a hadiehor ma waqfitx tal PN bis jieqfu.