Where your opinion counts

Jistgħu l-pulizija jikkonfermaw jekk fil-ħajja ta’ Abner Aquilina kienx hemm ‘gayyaġni’ jew le?

Il-bieraħ ttella’ Abner Aquilina l-qorti fejn ġie akkużat bil-qtil ta’ Paulina Dembska. Barra l-qtil tagħha, ġie akkużat li abbuża minnha sesswalment, kemm b’mod vaġinali, orali u anki anali. Kien akkużat li kkawża wkoll storbju fil-pubbliku. Il-puliżija taħt ukoll konferenza stampa u qalet li anki jekk kien hemm rape, dan mhux femmiċidju. Allura ħafna qed jistaqsu, jekk f’dan il-każ ma hemmx femiċidju allura hemm “gayyaġni” kif kien semma’ Fr. David Muscat. Kont nistenna li l-ġurnalisti jagħmlu din il-mistoqsija.

Jekk hemm ħaġa tajba li ħarġet mill-kontroversja kollha kkreata minn kumment li għamel Fr. David Muscat hija l-kelma ‘gayyaġni’. Wieħed jista’ jaqbel jew ma’ jaqbilx ma’ dan il-kumment tiegħu, imma din il-kelma ser tibqa’ fil-Malti. Bil-kelma ‘gayyaġni’, wieħed jifhem l-istat li tkun ‘gay’ jew omosesswali.

Wara l-konferenza tal-bieraħ mill-pulizija, sirna nafu li s-Sur Abner Aquilina żgur li ma kienx ‘gay’ għaliex hemm akkuża li attakka mara sesswalment. Imma dan ma jeskludix milli wieħed juża l-kelma ‘gayyaġni’ fil-konfront tiegħu. Għaliex qed ngħid dan?

Dak li ħareġ s’issa mill-pulizija u fil-media huwa l-fatt li s-Sur Abner Aquilina kien attiv sesswalment ħafna għaliex ħarġu nisa jitkellmu li kien bagħtilhom messaġġi biex jagħmlu sess miegħu. Mela żgur ‘gay’ ma kienx għaliex illum bil-kelma ‘gay’, wieħed jifhem persuna jew aħjar raġel li jmur ma’ raġel ieħor u ma jkollux relazzjoni mas-sess femminili. Jekk persuna maskili tmur ma’ l-irġiel u anki man-nisa fl-istess waqt, huwa jiġi normalment imsejħa bisesswali.

Hawn wieħed jrid jistaqsi, xi ħaġa li l-media għadħa ma għamlithiex, jiġifieri jekk is-Sur Abner Aquilina kienx bisesswali? L-uniku wieħed li staqsiha u tkellem dwarha kien Fr. David Muscat u għaliex tkellem dwar dan, Fr. David Muscat ser jittella’ l-qorti. Fil-kumment tiegħu, Fr. David Muscat tkellem dwar bisesswalita’. Tefa’ kumment fejn għamel referenza għall-flokk li kellu darba Abner Aquilina biex juri li hemm probabilita’ ta’ attivita’ sesswalita’ promiskwa ħafna. Infakkar li f’dawn il-kummenti speċifiċi, Fr. David Muscat ma kienx qed jitkellem fuq gays inġenerali imma fuq każ partikolari: il-każ tas-Sur Abner Aquilina. Nixtieq infakkar li dan ġej minn familja qaddisa miż-Żejtun.

Biss nixtieq nistaqsi lill-pulizija jekk hux vera li s-Sur Abner Aquilina kien fuq id-droga u jekk hux vera kif smajt li dan kien imur mal-irġiel biex iħallas għad-droga? U jekk iwa, min kienu l-irġiel li wżaw is-servizzi sesswali tiegħu?

Mela kumment u l-użu ta’ termini ta’ ‘gayyaġni’ jieħu sinifikat differenti f’kuntest bħal dan. Mela t-terminu ‘gayyaġni’ jista’ jintuża u ntuża b’mod korrett f’din is-sentenza fir-rigward ta’ dan il-każ minn Fr. Muscat.

B’hekk huwa mportanti li l-pulizija tgħidilna jekk hux veru li dan iż-żagħżugħ kienx jieħu d-droga jew le. Dak li nista’ ngħid b’ċertezza li min jieħu d-droga jrid pompa liri biex iħallasha. Għalhekk hemm issa min ġa qed jistaqsi fuq Facebook jekk hemmx gayyaġni f’dan il-każ. Mela hu importanti li l-pulizija tgħidilna jekk hawn għandix każ ta’ prostituzzjoni maskli minn raġel biex ikun jista’ jħallas għad-droga jew le?

Il-media qatilna wkoll li s-Sur Aquilina qiegħed jiġi trattat għall-psikożi. Fil-passat, bniedem ittrattat għall-psikożi konna ngħidulu mxajtan, jiġifieri ppossessat mix-xitan! Mela l-kummenti ta’ Fr. David Muscat mhux ħażin sa barra. Wieħed jista’ ma jaqbilx mal-kummenti tiegħu, biss wieħed jrid jaqrahom fid-dawl ta’ dan il-każ u li kienu qed isiru f’konverzazzjoni bejn tnejn min nies. Dawn ifisser li dawn saru fid-dawl ta’ konverżazzjoni ma’ persuna oħra u għalhekk jieħdu sinifikat importanti ħafna li jgħin lilna nifsu sew x’ġara fil-każ ta’ Fr. David Muscat. B’hekk jekk dawn il-kummenti ta’ Fr. Muscat humiex korretti jew le trid tikkonfermahom il-pulizija billi tgħidilna jekk f’dan il-każ ta’ Abner Aquilina kienx hemm “gayyaġni” jew le.

Issa wieħed jista’ jaqbel jew le ma’ Fr. David Muscat. Jien mhux wieħed li nemmen bix-xjaten. Imma mhux ser inċaħħad lil min irid jemmen bihom. Mhux ser nidħol jekk hemmx konnessjoni bejn l-“gayyagni” u l-“possessjoni”. Dak li nista’ ngħid li kienet il-pulizija stess li qaltilna li s-Sur Abner Aquilina qed ikun ittrattat għall-psikożi. Infakkar li b’din il-kelma, wieħed jifhem li persuna tisma ilħna u taħseb li hemm persuni li jridu jagħmlulha l-ħsara. Dawn kienu sintomi, li qabel ma bdiet il-psikanażili, kienu jingħaddu li dawk li kienu jiġu deskritti bħala posseduti mix-xitan!

Infakkar li Fr. David Muscat kien l-ewwel persuna li tkellem li f’dan il-każ jista’ hemm każ ta’ psikożi. Ma qalx psikożi imma possessjoni, waqt li indika li din żgur ser tkun użatha mid-difiża. Mela dak li qed jikteb Fr. David Muscat qed ikun issa kkonfermat mill-istess pulizija! Anzi hija l-pulizija stess li qed tagħti raġun l-argumenti ta’ Fr. David Muscat. Dak hu dak li kiteb Fr. David Muscat meta kien qed jirrispondi kumment ta’ Derek Spiteri.

Biss jekk dan li qed jiġi mistoqsi fuq is-social media dwar il-gayyaġni tas-sur Abner Aquilina hu minnu, dan ifisser li l-“gayyaġni” ser ikun punt aktar importanti mill-psikożi jew “possessjoni”. Jekk kien hemm “gayyaġni”, jien nifhem li din qed tkun investigata mill-pulizija u jekk kien hemm politiċi involuti, dawn ukoll ser jiġu investigati ukoll.

Infakkar li l-Pulizija qaltilna li bagħtet għall-persuni mir-River of Love. Għaliex mhu qed tgħid xejn dwar dak li qed jibda’ jistaqsi l-poplu dwar il-gayyaġni? Tikkonferma jew tiċħad dan l-għajdut? Ser tkun qed tibgħat għalihom?

Dak li nista’ ngħid fiċ-ċert huwa, li f’dan il-każ, hemm sens ta’ rabja kbira fl-akkużat. Mela jekk xejn, bil-mod sempliċi u dirett tiegħu, Fr. David Muscat ipprova jispjega lil xi ħadd id-dinamiżmu wara dan il-każ u għax għamel hekk, hemm min għandu interess isallbu u jibgħatu l-ħabs!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *