Il-Prim Ministru għandu raġun: għada ser nippubblika l-istorja ta’ meta Malta intlaqgħtet mill-Coronavirus ħafna snin ilu
Il-Lovin Malta tatna l-istorja fejn fiha qed jingħad li Robert Abela irid ineħħi r-restrizzjonijiet kollha marbuta mal-Covid-19 imma l-Awtorita’ tas-Saħħa qed jagħtu pariri kuntrarju. Għada ser inkun qed nippubblika storja ta’ meta Malta kellha epidemija kkawżati mill-Coronavirus u nuri kif l-Awtoritajiet tas-Saħħa ta’ dik il-ħabta irreaġixxew. Irreaġixxew kif illum irid il-Prim Ministru Robert Abela bir-riżultat li tant kienu ta’ suċċess li kulħadd nesa li Malta kienet intlaqgħtet minn epidemija tal-coronavirus. U fuq kollox, intlaqgħtet minn epidemiji tal-Coronavirus aktar minn darba fl-istorja tagħha. Għada nagħtikom id-dettallji.