Where your opinion counts

Il-fazzjoni ta’ Austin Gatt remiet lil David Thake

Il-fazzjoni ta’ Austin Gatt baqgħet influwenti fuq diversi aspetti fil-Partit Nazzjonalista. Iżda baqgħet ukoll influwenti fuq dak li jseħħ minn Repubblika fejn kien hemm u għad hemm influwenza qawwija bis-saħħa ta’ Manuel Delia, li kien il-Kap tas-segretarjat ta’ Austin Gatt meta kien Ministru.

Il-bieraħ t’lura rajna post fuq twitter ta’ Michael Zammit Maempel. Dan jiġi n-neputi ta’ Austin Gatt li, jkollna ngħidu, ma tantx qagħad jomgħod kliemu. Zammit Maempel qal li meta David Thake ma ħallasx dak li kellu jħallas u beda jsib ruxmata skużi għaliex ma għamilx dan, Thake bagħat messaġġ lill-businessmen oħrajn li jistgħu jagħmlu bħalu, meta hu jaf li bħala membru fil-Parlament hu jrid ikun ta’ eżempju tajjeb lil ħaddieħor.

Jekk il-membri tal-Oppożizzjoni, b’referenza għal Thake, ma jħallsux dak dovut minnhom lid-dipartiment tat-taxxa, liema awtorita morali għandhom biex jikkritikaw lill-membri tal-Gvern fuq governanza tajba.

Zammit Maempel kompla jistqarr li jekk se jibqa’ jkollna politiċi li jimxu b’dawn it-tip ta’ eżempji allura l-politika qatt ma hu se timxi ‘l quddiem kif wieħed jistenna. Huwa qal lil Thake li l-problema ma tissolvix għax tmur tiġri għand il-kummissarju tal-istandards biex joħroġ rapport fejn iniżżel liema liġijiet ma ġewx miksura. Is-soluzzjoni ta’ dan kollu u l-eżempju li għandu jingħata, hija li nies bħal David Thake jagħmel bħal ma jagħmlu l-maġġoranza assoluta u messu ħallas dak kollu li kellu jħallas fil-ħin u meta kien obbligat li jagħmlu.

L-aħħar ħaġa li qal Zammit Maempel lil Thake kienet li jekk Thake ma kienx kapaċi jagħmel dmiru sewwa, missu qagħad il-bogħod mill-politika fejn waħda mill-affarijiet li tesiġi l-politika hija li tkun ta’ eżempju tajjeb kontinwament u kullimkien.

U jekk dan ma kienx biżżejjed biex juri l-attakk tal-fazzjoni Austin Gatt, illum fuq it-Times kellna lil ħaten Beppe Fenech Adami, Dr Kevin Cassar li ta’ dirsa oħra lil Thake. Jidher ċar din il-fazzjoni riedet li Thake jirreżenja.

Fil-fatt Cassar kiteb l-artiklu tiegħu qabel irreżenja Thake u jidher ċar li fl-artiklu Cassar ma kienx qed iħalli triq oħra ħlief li jieħu dan il-pass mistenni. Kevin Cassar widdeb lil Thake li jekk irid jgħajjar lil ħaddieħor, bħal ma kien għamel ma’ Adrian Delia li kien saħansitra għajru ‘mostru’, irid ikun ċert li hu m’għandux taħt għabtu jinten iktar minn ta’ ħaddieħor.

Fil-fatt jidher ċar li Adrian Delia għandu ħafna aktar standards għoljin minn Thake, meta issa nafu li għandu monstrożitajiet li ilu għaddej bihom is-snin. Cassar qal li Thake saħansitra jridna nirringrazzjawh għax jiddikjara il-bejgħ kollu tiegħu. Bħal dak li qallu mhux obbligu tiegħu li jagħmel dan u għax jagħmlu ma għandux għalfejn jiġi eloġġjat.

Cassar staqsa lil Thake, minn meta ‘l hawn tistenna lid-Dipartiment tal-VAT jibgħatlek il-kont biex tħallas? Businessman bħalek suppost taf li dak suppost tagħmlu b’mod awtomatiku għax dak huwa dover ċiviku. Cassar xegħla lil Thake li ma kienx trasparenti fit-tmexxija tal-business tiegħu u dak li nkixef juri dan.

Cassar qal li ħadd ma kien qed jemmen l-iskużi pwerili li kien qed iġib Thake. Anke li qal li ser iħallas il-penali tan-nuqqasijiet tiegħu. Din mhux xi ħaġa li tiftaħar biha għax la int inqast int trid tħallas u mhux mingħalik li se tkun bravu għax se tħallas. U biex juri li tilef kollox, Thake prova jorbot ir-riżenja tiegħu ma’ xi azzjoni tal-Prim Ministru.

Imma kif staqsa Cassar, x’għandu x’jaqsam il-Prim Ministru fit-taħwid li ħawwad Thake. Fil-fatt intqal li Thake għandu jirreżenja fuq għemilu u mhux b’xi pika ma’ ħaddieħor. Tidher ovvja li l-fazzjoni ta’ Beppe Fenech Adami, li mixja fuq il-passi u biċċa waħda ma’ ta’ Austin Gatt, riedet mill-ewwel li Thake jirreżenja.

One thought on “Il-fazzjoni ta’ Austin Gatt remiet lil David Thake

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *