Where your opinion counts

Qed jiżdiedu l-persuni li qed jgħidu li l-vaċċin ikkawżalhom problemi ta’ saħħa

Qed ikun hemm aktar persuni li qed jitkellmu jew jiktbu fuq is-social media fejn jgħidu li l-vaċċin ikkawżalhom danni ta’ saħħa. Marica Micallef qed tikteb fuq dan is-suġġett għal dan is-sit. X’uħud mill-każijiet rakkontati huma biss aċċidentali bħal meta wieħed jiskopri li għandu problemi ta’ saħħa wara li jkun ħa l-vaċċin, imma dan ikun biss aċċidentali. Jiġifieri bil-vaċċin u mingħajru xorta kien ser ikollu dawn il-problemi ta’ saħħa u ma hemmx l-ebda relazzjon bejn il-vaċċin u dik il-problema ta’ saħħa.

Imma hemm oħrajn li jidher li huwa minnu li l-vaċċin ikkawżalhom danni. Biss l-awtoritajiet qegħdin f’denial jew iridu jaħsbi. Jien anki wasalli messaġġ li kien hemm min ġie mhedded biex ma jitkellimx! Jekk dan tal-aħħar huwa minnu, dan huwa “gross malpractice” u jikkostitwixxi reat kriminali.

Dak li hu żgur li l-media u l-awtoritajiet ftit qed jitkellem dwar dawk in-nies li qed jgħidu li l-vaċċin affettwalhom ħajjithom ħażin. Dawn mhux parti mill-Covid19 updates tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *