“Il-VAT kienet irraġuni għaliex il-business tiegħi sparixxa”

Kitibli qarrej ta’ dan il-blog li qed isegwi l-istorja tal-VAT ta’ David Thake. Illum dan hu persuna rtirata. Kien businessman kbir imma kif jgħid tajjeb f’din l-ittra, ra l-business li kellu jitkisser l-attitudni li ħa fil-konfront tiegħu l-VAT Department. Illum aktar minn qatt qabel, jidher ċar li dan id-dipartiment ma jaġixxix ma’ kulħadd l-istess. Din il-persuna qaltli hekk:

Carissimo,

Nispera li kellek Milied u s-sena l-ġdida serena. Jien talli jien, għalinqas kont imdawwar bil-familjari tiegħi.

Fejn nara il kelma VAT (jekk ma jkunx VAT 69) nibda noqmos. Il-VAT kienet ir-raġuni għax il-business tiegħi sparixxa. L-istorja fil-qosor hija din.

Huwa n-norma li tal-VAT ma għandhomx paċenzja fit-tul. Wara li claim ma tiġix imħallsa jiżdiedu l-multi u l-interessi. Immedjatament isegwi s-sekwestru u dan ikun sekwestru sekwestorom! U biex issalbuk, jagħmlulek impediment milli tirrilaxxja l-merkanzija mid-dwana. Imbagħad jibdew jitkellmu miegħek bix-xabla fuq rasek. Il-liability għall-pagament hija personali. Bi claim ikkontestata, l-awditur tal-affari tiegħu diffiċli jiffirmalek l-accounts u allura ma tkunx tista tippreżenta l-accounts skont l-obbligu tal-liġi lill-MFSA. Fin-nuqqas, MFSA tinfurmak bil-penali; fin-nuqqas li tħallas, terġa’ tinfurmak li trid tiddeposita l-accounts u li trid tħallas il-penali. Jekk tonqos, l-MHSA tieħu passi legali. Dan il-proċess ma jieħux fit-tul wisq. Ukoll jekk ikun hemm “loans” mal-bank, tispiċċa fl-inkwiet. Waħda mill-kundizzjoni indispensabbli tal-bank tkun il-preżentazzjoni ta’ audited accounts u għidli inti kif tista’ tippreżentahom jekk l-auditur tal-affari tiegħu ma jkunx jista’ jiffirmahom għaliex hemm claim mill-VAT Department. U f’dan kollu, il-prokrastinazzjoni ma tantx hija ittollerata. Ir-riżultat huwa li jekk int tal-affari tiegħek jew tagħlaq jew tfalli jew it-tnejn f’daqqa.

Tislijiet

3 thoughts on ““Il-VAT kienet irraġuni għaliex il-business tiegħi sparixxa”

  1. Jekk kif intqal fuq il-gazzetti li s-Sur Thake ilu ma jhallas il-VAT ghal xi 10 snin, allura anke l-ufficcjali tal-VAT huma responsabbli li naqqsu minn dmirhom. F’dan il-pajjiz donnu hawn zewg tipi ta’ ligijiet; wahda li tintuza maz-zghir – dik tkun bl-ingwanti tal-boxing u l-ohra li tintuza “with the people in the know” u dik tkun bl-ingwanti tal-harir.

  2. Il-VAT li tingabar ghandha tghaddi ghand il-gvern ghax dawn il-flus jkunu ngabru minn ghand il-klient u ma humiex tal-buissnessman.Allura ghax kellu jfalli ghax dawn qatt ma kienu assi tieghu,

Leave a Reply

Your email address will not be published.