Claudette Buttigieg tattakka nies fiċ-Ċivil li tqegħdu f’pożizzjoni ta’ tmexxija minn Gvern Nazzjonalista

Claudette Buttiġieġ kitbet artiklu tajjeb ħafna fis-Sunday Times tal-bieraħ dwar min imexxi ċ-Ċivil. Hija staqsiet kif jista’ jkun ikun hemm dawn l-iskandli kollha fiċ-ċivil u ħadd ma jieħu azzjoni. Kif jista’ jkun min imexxi ċ-ċivil iħalli dawn l-affarijiet għaddejjin. U biex turi kemm hija għandha raġun, anki semmiet ukoll l-permanent secretaries. Fost dawk li semmiet kien hemm Frank Fabri, Nancy Caruana, Joseph Caruana u Alfred Camilleri.

Biss kif tista tkun kredibbli Claudette Buttigieg f’li tikteb meta ħafna Nazzjonalisti jiftakru li dawn in-nies ħadu promozzjoni u xi uħud minnhom, il-promozzjonijiet tagħhom kienu verament tal-kangaroo għal skapitu ta’ oħrajn, kemm Nazzjonalisti u Laburisti, li kienu serji u għax serji l-Gvern Nazzjonalista ma tahomx promozzjoni. Min ma jiftakarx fl-edukazzjoni il-promozzjonijiet li ħa Frank Fabri taħt il-Gvern Nazzjonalista? Taħseb li l-għalliema insew? Taħseb li dawk li nqabżu minħabba Frank Fabri għad xi darba jaħfruha lill-Partit Nazzjonalista?

Infakkar li ħafna minn dawk li qed issemmi fl-artiklu u nerġa’ nsemmi, Frank Fabri, Nancy Caruana, Joseph Caruana u Alfred Camiller kollha saru parti mit-tmexxija taċ-Ċivil taħt Gvern Nazzjonalista. Nancy Caruana kienet fid-dipartiment li kien jaqa’ taħt it-tmexxija ta’ Jason Azzopardi, bniedem qrib ħafna ta’ Claudette Buttigieg u ħadet promotions taħtu daqs kemm kienet brava. Niskanta u nittixxef kif issa saret tant ħażina li spiccat imsemmija f’dan l-artiklu ta’ Claudette Buttigieg. U dan jgħodd ukoll għal dawk l-oħra li semmejt aktar ‘il fuq.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *