Il-kanuni jduru fuq Robert Abela: David Thake jakkużah li hu evażatur tat-taxxa

David Thake ammetta li l-gvern qe idawwar il-kanuni fuq id-deputati li jkun irid jeħles minhom. Skont Thake, Robert Abela jagħmilhom kontra dawk id-deputati li jrid jeħles minnhom. Thake jgħid li issa daru kontra tiegħu u l-għodda li tintuża hija l-evazzjoni tat-taxxa.

Mela issa għandha konferma li saret pressjoni minn Repubblika fuq Rosianne Cutajar u din kienet orkestrata minn Kastilja b’kooridinazzjoni u għajnuna ma’ Repubblika. Din l-istqarrija titfa dell ikrah ħafna fuq il-mod kif opera George Hyzler. Jidher ċar li r-rapport ta’ Hyzler kien issa vvizzjat u biss riżultat tal-fatt li l-Gvern jew aħjar il-Prim Ministru kien qed idawwar il-kanuni fuq dawk li jrid jeħles minnhom. Mela dan is-sit kien korrett fl-analiżi li kien qed jagħmel.

Fuq kollox, Thake imur pass oltre. Hu jakkuża lil Prim Ministru li qed jaħbi yachtijiet u bini. B’hekk reġa’ jistiednu għal dibattitu waqt li akkużah li għandu “unexplained wealth”.

Min-naħa tiegħu, Thake jgħid li qed jissospendi ruħu mill-grupp Parlamentari u anki minn shadow minister. Imbagħad jagħmel sfida lil Prim Ministru li lest jirreżenja mill-Parlament wara li t-tnejn li huma jippreżentaw quddiem il-ġurnalisti t-tax return tagħhom. Jekk jinstab li Robert Abela ma għandu xejn x’jaħbi, David Thake jirreżenja mill-parlament.

Leave a Reply