Laqgħat min-nies Tar-Repubblika biex jaħdmu kontra nies fil-PN li ma jħaddnux l-ideoloġija tagħhom

Dan is-sit jinsab infurmat li qed isiru laqgħat sigrieti min-nies ta’ Repubblika dwar l-istrateġija futura li dan il-grupp irid jieħu. Dan il-grupp qata’ qalbu li l-PN jista’ qatt jerbaħ l-elezzjoni li jmiss. Mela f’dawn il-laqgħat qed ikun diskuss kif dawk in-nies li huma favur Repubblika fil-Partit Nazzjonalista jista’ jkun mgħejjuna biex jitilgħu fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Fl-istess waqt qed issir ħidma biex dawk il-kandidati Nazzjonalisti li huma mitqiesha kontra Repubblika jinqatgħu barra u ma jitilgħux fl-elezzjoni li jmiss. Fuq quddiemnett hemm il-kandidatura ta’ Adrian Delia u n-nies tiegħu. Il-ħidma hija dik li jaraw kif dawn ma jagħmluhiex fil-Parlament Malti.

B’hekk, għall-għaqda Repubblika u n-nies tagħha, l-avversarju tagħhom ma għadux il-Partit Laburista. Dak li jimpurtahom huwa ser jiġri wara t-telfa li ser iġarrab il-PN fl-elezzjoni li jmiss. Dak li jridu jassiguraw huwa li jitilgħu d-deputati li jridu huma ħalli jikkontrollaw dejjem aktar dan il-Partit aktar milli hu ikkontrallat bħalissa minnhom.  

Dan is-sit jinsab infurmat li l-Lejber għadu qed iżomm il-appoġġ mal-elettorat. Id-distanza għadha ta’ bejn 46 elf vot u 52 elf vot anki jekk dan l-aħħar, il-Gvern ħa daqqa minħabba l-pożizzjonijiet żballjati li ħa fuq il-Covid19 u l-miżuri li għamel biex inaqqas mill-libertajiet tan-nies minħabba l-Covid. Biss minn dawn l-iżballji, il-PN ma gawda xejn. Dan is-sit jinsab infurmat li anki strateġisti fil-Partit Laburisti jinsabu sorpriżi kif dawn l-iżballji ma kellhomx effett fuq l-Partit Laburista.

Ir-raġuni hija waħda. Dan kollu ħtija ta’ Repubblika u sħabhom li llum saru l-ikbar alleati tal-Gvern. Infakkar li dawn kienu tarka ta’ Robert Abela biex ineħħi deputati li huma ma xtaqx fil-kabinett.

Infakkar ukoll li llum kompliet ħierġa aktar informazzjoni dwar VAT mhux mħallsa mid-deputat Nazzjonalista David Thake. Dan id-deputat hu biċċa waħda ma’ Repubblika. David Thake għandu jagħti 550,000 euro lid-dipartiment tal-VAT. Ara fuq dan ma jingħad xejn. Imbagħad fuq taxxa mhux imħallsa fuq allegat ta’ sensierija ta’ Rosianne Cutajar inqala’ l-pandemonju kollu. Hawn qed nitkellmu fuq ftit mijiet anki jekk fil-verita’, din it-taxxa tħallset kollha minn Charles it-Tikka. Lil din il-mara mmassakrawha. Il-Media kollha kienet  kontra tagħha. Ara issa, il-media rieqda raqda profonda fuq il-każ ta’ Thake. Heqq dak tar-Repubblika. Hemmhekk Repubblika saru biċċa waħda mal-Gvern tal-Lejber. Infakkar li Rosianne Cutajar b’kumbinazzjoni toħroġ fuq l-istess distrett ta’ Robert Abela!

Imbagħad tar-Repubblika ħadu għalihom għaliex llum fil-politika ma jgħoddx kemm għandek tagħti lill-VAT Dipartment imma jekk intx ħabib ta’ Yorgen Fenech jew le. Jekk inti politiku Nazzjonalista bħal David Thake u għandek tagħti nofs miljun euro lill-VAT Department ma jimpurtax. Għaliex issa f’dan il-pajjiż l-aktar ħaġa serja hija jekk int tkunx ħabib ta’ Yorgen Fenech jew le! Jekk inti kontra Yorgen Fenech tista tevadi t-taxxa u l-VAT kemm trid. Tar-Repubblika ser jaqbżu għalik u ser jaraw li l-elettorat Nazzjonalista jivvota lilek fl-elezzjoni li jmiss!

Leave a Reply