Where your opinion counts

“Fr. David ma qal xejn ta’ mibegħda”

Qed inġib kumment twil u interessanti li kiteb John Spiteri Gingell taħt l-artiklu li ppubblikajt dwar Fr. David Muscat li kien ispirat minn artiklu li nkiteb fil-Daily Telegraph UK dwar wieħed mill-persunaġġi Franċiżi, li bħal Fr. David Muscat jipprovoka l-ħsieb ġewwa Franza. Din hija r-reazzjoni ta’ John Spiteri Gingell għal dan l-artiklu u anki għall-kummenti ta’ xi wħud li qrawh. John Spiteri Gingell jargumenta li Fr. David ma qal xejn ta’ mibegħda. Anzi jgħid li dak li qal Fr. David Muscat hu bbażat fuq l-kotba mqaddsa.

Prosit tal-artiklu Simon. Uħud mill-kummenti hawn juru kif ħafna ma fehmu xejn milli għidt – dwar ir-rwol tal-provocateur jew anki tal-Holy fool jekk nieħdu l-kultura Russa – il-jester jekk nieħdu l-kultura medjevali. Issa sirna super-sensittivi fejn jaqblilna, u ma nittolerraw l-ebda opinjoni li tmur kontra l-baqar sagri ta’ żminijietna – minkejja li nippretendu li aħna nies tolleranti u moħħna miftuħ u huwa għalhekk li dejjem sejrin lura. Fr. David ma qal xejn ta’ mibegħda – beda l-premessa tiegħu billi qal li Abner għandu bżonn l-għajnuna – mhix statement eżattament ta’ min jobgħod- l-istatement li l-gayyagni kif sejħilha hu hija intrinsikament diżordinata hija verbatim mill-katekeżi tal-Knisja Kattolika, katekeżi li donnu l-Isqof ma tantx jemmen fih għax qalilna li Alla jħobbok kif int anki jekk tibqa’ fil-miżerja li għażilt int – li Alla jħobbok m’hemmx dubju – iżda ma tfissirx li japprova kif qed iġġib ruħek..; jew li mhux ser jiġġudikak fuq l-għażliet li ser tagħmel f’ħajtek kif donnu irid jagħti x’jifhem l-isqof…

Anki meta Fr. David qal agħar il-gayyagni milli tkun imxajtan hemm xaqq ta’ raġuni ukoll għaliha – għax mentri il-possessjoni taf tkun inċidentali u mhux mistiedna u taf titfejjaq bl-eżorċiżmu, il-gayyagni ħafna drabi hija għażla, u meta l-affarijiet huma kwistjoni t’għażla diffiċli tfejjaqhom.

Seta verament uża kliem aħjar iżda ormaj nafuh lil Fr. David – ma jdurx mal-lewża. Insomma kif għidt int sirna amerikanizzatti – mhux li tgħid il-verita’ importanti – imma jekk hemm bżonn l-verita’ ma tgħidhiex jekk din taf toffendi… Iva iva u le le jgħid San Mattew – u jżid li kwalunkwe ħaġa oħra ġejja mix-xitan – Fr. David iva iva, le le jgħidhom l-affarijiet. Li naqblu miegħu jew le sta għalina – Għalhekk Alla tana moħħ biex NIĠĠUDIKAW – X’ironija le li l-istess nies li jgħidulna biex ma niġġudikawx huma minn tal-ewwel biex jiġġudikaw…

Donnu kollox sar jgħaddi u ġġustifikat hawn fil-forum tiegħek: hawn nies li titqażżeż sa liema livell lesti jiġġustifikaw KOLLOX fil-partiti rispettivi tagħhom minn serq u korruzzjoni u saħansitra agħar, imma għax Fr. David esprima ruħu b’mod skjett vera iżda mhux kontradittorju għat-tagħlim tal-knisja kattolika kulħadd qabeż fuqu bħal donnu huma kollha qaddisin…

Naħseb aħjar kulmin jaħseb li huwa Kattoliku jirrifletti naqra kemm huwa fil-fatt koerenti mat-tagħlim Kattoliku jew jekk hux wieħed minn dawk li t-tagħlim jaħseb li jista’ jagħġnu kif jidhirlu hu… Fr. David naf mill-ftit konverżazzjonijiet li kelli miegħu kemm hu fidil lejn it-twemmin ġenwin u li verament M’GĦANDU L-EBDA ALLA GĦAJR L-ALLA REVELAT; mentri hawn hawn nies li lesti jikkundannawh sempliċiment għax dak li jgħid ma jdoqqx għall-widnejhom – ir-riflessjoni li jridu jagħmlu n-nies mhux jekk Fr. David hux Kattoliku iżda jekk huma humiex.

Lil Kristu rriduċejtuh għall-Hippy li mingħalikom ser jittolerra kollox – m’huwiex il-Kristu tal-Vangelu li qal li “La taħsbux li jiena ġejt biex inġib il-paċi fuq l-art; ma ġejtx biex inġib il-paċi – imma x-xabla” – li ma ġiex biex jgħaqqad poplu fl-ugwaljanza progressiva u soċjalista iżda biex jifred l-aħwa u l-qraba skont min jaċċetta l-verita’ – jifred lil dawk li jemmnuha minn dawk li ma jemmnuhiex… Kristu mhuwiex politically correct – anzi avżana:

“Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom. L-aħwa jwasslu lil xulxin għall-mewt u l-missier lil ibnu, u l-ulied iqumu kontra l-ġenituri tagħhom biex tinqatgħalhom għall-mewt. U lilkom kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi. Imma min jibqa’ jżomm sħiħ sa l-aħħar, dan isalva. Jekk jippersegwitawkom f’belt, aħarbu f’oħra. Tassew ngħidilkom, ma tkunux dortu l-bliet kollha ta’ Iżrael sa ma jiġi Bin il-bniedem.”

One thought on ““Fr. David ma qal xejn ta’ mibegħda”

  1. L-omosesswalita’ mhix għażla imma ġibda naturali li ġejja minn kundizjonijiet bijoloġiċi u ħafna drabi titwieled bihom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *