Paladina ta’ Bernard Grech tammetti li dan il-gvern qed imexxi tajjeb fil-qasam tas-saħħa

Jien dejjem tajt spazju lil kulħadd u qatt ma ċċensurajt xejn anki meta niġi attakkat. Qed inġib kumment ta’ persuna akkanita Nazzjonalista li qed tfaħħar ix-xogħol ta’ dan il-gvern fil-qasam tas-saħħa. Din hija persuna li ħadmet u kitbet kemm felħet kontra Adrian Delia meta kien kap u saħansitra akkużatu li hu mixtri tal-Partit Laburista. Hawn qed nirreferi għal Theresa Muscat. Din Theresa Muscat kienet u għadha biċċa waħda ma’ Bernard Grech. Mela verament hu ta’ importanza li persuna akkanita ta’ Bernard Grech qed tirrikonoxxi x-xogħol li qed jagħmel dan il-gvern. Hi tgħid li hi mir-Rabat u fir-Rabat ħadd ma jafha. Biss dan mhux importanti. L-anqas hu importanti jekk il-profile tagħha hux fake jew le. L-anqas hu importanti jekk hix raġel jew mara, jew jekk għandhiex tfal jew le. Dak li hu importanti dak li kitbet. Hi għadha kif qaltilna li għandha tifel u dan mar ħa swab test u nqeda malajr. Dan qalitlu biex tgiddeb persuna li tikteb taħt isimha għax ma tibżax. Hawn qed nirreferi għal Marica Micallef, mara li ġejja mill-kamp oppost ta’ Theresa Muscat. Jien intella’ l-artikli ta’ Marica Micallef għaliex nagħti spazju lil kulħadd. Marica Micallef qalet li persuna li tafha sew ippruvat iċċempel biex tagħmel swab test u ma setgħetx taqbad. Kitbet Theresa Muscat u għajritha giddieba. Qalet li t-tifel tagħha nqeda malajr:

Dak li nista’ nikkonkludi mill-post ta’ Theresa Muscat huwa li n-Nazzjonalisti ta’ Bernard Grech qed jinqdew malajr taħt dan il-gvern. B’hekk mhux qed nara għalfejn jikkritikawh jew iridu bidla la darba qed jinqdew! Biss jidher li mhux l-istess qed jgħidu sezzjoni tal-Laburisti.

Fuq kollox, issa n-Nazzjonalisti jistgħu jgħarfu min verament fil-Partit Nazzjonalista hu mixtri mill-Gvern tal-Labour u min le!

Leave a Reply

Your email address will not be published.