Nieħu pjaċir li Lovin Malta qed tagħti raġun lil Marica Micallef dwar ir-regolamenti ħżiena marbuta mal-Covid 19.
Marica Micallef kienet għal ħafna żmien leħen fid-desert, titkellem waħidha kontra numru ta’ regolamenti mhux sensati maħruġa mill-awtoritajiet tas-Saħħa f’Malta marbuta mal-Covid 19. Hija kienet waħda – anzi waħidha – titkellem u ġġib fatti ta’ nies li beda jkollhom problemi minħabba t-titqiba. Forsi dawk li kellhom problemi ma kienux ħafna. Biss ħadd ma kien qed jagħti spazju lill-weġġgħat u l-preokkupazzjonijiet tagħhom. Marica Micallef kienet waħidha titkellem u ta’ dan kienet tiġi attakkata.
Issa Lovin Malta tellgħet artiklu fejn qed tagħmel l-istess argumenti ta’ Marica Micallef. Hemm nies li ntlaqtu ħażin bit-titqiba. Dawn għaliex għandhom ikun sfurzati jibqgħu jittaqbu u jekk jirrifjutaw jiġu ostriċizzati – jiġifieri mwarrba – mis-soċjeta’ tagħna u mġegħla jgħixu ħajja agħar minn ta’ annimal?
Fuq kollox dawk li fil-jiem li għaddew ħarġu jipprotestaw ġewwa l-Belt Valletta kellhom raġun jipprotestaw. Dawn ħarġu jiddefendu d-drittijiet tiegħek u tiegħi biex nibqgħu ħielsa. Liema drittijiet qed jiġu mkasbra mill-istat permezz tal-aġenda tas-saħħa pubblika – kemm dik fiżika u dik li suppost qed tipproteġi lis-soċjeta’ mill-omofobia.

Xi ftit l-hemm u l-awn ikun hemm min iwwega ma jfissierx l Marika ghanda ragun ghax ma semmietx dawk li mietu u qed immutu ghax ma hadux il vaccin.