Where your opinion counts

Il-ħruġ ta’ Herman Schiavone mix-xena politika Maltija

Blog post minn osservatur poltiku

Herman Schiavone għamel dak li għandhom jagħmlu ħafna deputati oħra. Schiavone ħabbar li mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali u semma’ li jrid li fil-parlament jidħol demm ġdid. Schiavone qed jibgħat messaġġ lil sħabu, b’mod partikolari lill-Blue Heroes biex verament jagħmlu spazju għal demm ġdid fil-Partit Nazzjonalista. Wieħed irid jgħid kollox. Schiavone hu demm ġdid għaliex daħal fil-Parlament għall-ewwel darba fl-2017. Biss xorta ħass li jrid joħroġ. Aħseb u ara x’għandu jagħmel min rabba l-għanqbut fil-Parlament.

B’hekk dak li għamel Schiavone għandu jiġi ripetut minn deputati li issa ilhom snin twal jokkupaw il-politika fil-Partit Nazzjonalista. Dawn għandhom iwarrbu bil-kwiet bħal Schiavone. Għal x’uħud huwa ferm importanti li jwarrbu biex jevitaw l-umiljazzjoni li se jtiehom il-votant. Jien infurmat li hemm deputati Nazzjonalisti li kkummissjonaw surveys interni fost l-elettorat tad-distrett tagħhom u dawn is-surveys urewhom li mhux ser jagħmluha fil-Parlament fl-elezzjoni li ġejja.

Imma mhux kollha għandhom iwarrbu. Dawk li għandhom esperjenza fil-politika u din l-esperjenza wżawha tajjeb, dawn għandhom jibqgħu. Dawn bħal-inbid. Dawn jitjiebu maż-żmien. Għalhekk għandek iżżommhom. Imma min wera li għandu biss għall-qalbu l-firda u min ħoloq kaos fil-Partit Nazzjonalista, biex xorta l-partit għadu fl-abbissi, dawn għandhom iwarrbu bil-kwiet. Forsi xi darba jerġa’ jkollna tim b’saħħtu li verament iwarrab lil dan il-gvern korrott.

Dan hu l-messaġġ li kiteb Herman Schiavone fuq is-sit tal-Facebook Page tiegħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *