AirMalta terġa’ tibgħat għall-piloti li kienu telqgħu fi żmien Konrad Mizzi

Dan is-sit jinsab infurmat li Airmalta reġgħet bagħtet għal dawk il-bdoti li kien telqgħu fi żmien Konrad Mizzi minħabba li ma riedux jaċċettaw il-kundizzjonijiet il-ġodda li ġew imposta fuqhom. Din il-ġimgħa kellhom issirulhom interviews. Din il-mossa qed isseħħ wara li l-AirMalta ħabbret tnaqqis fil-frekwenzi tar-rotot tagħha minħabba telf ikkważat mill-Covid19.

https://timesofmalta.com/articles/view/air-malta-to-reduce-flight-frequencies-but-keep-all-routes-open.925771?fbclid=IwAR2KS4CMZvKvMb_aUkLvZHND_LhUD8pOLfPwtphr6bEsj2DhbRJiMpVqdjo#.YdWVG75l8CE.facebook

Fil-interpretazjoni ta min jaħdem fl-Air Malta, dan qed isir għaliex l-elezzjoni issa qegħedha fil-qrib u jridu jerġgħu jibħu l-voti ta’ dawn il-bdoti u tal-familji tagħhom, billi jsewwu t-taħwida li kienet saret fi żmien Konrad Mizzi.

One comment

Leave a Reply