Jirreżenja s-sindku independenti taż-Żebbuġ Għawdex wara ftehim li kien sar bejn il-kunsilliera.

Dan is-sit jinsab infurmat li rreżenja s-sindku taż-Żebbuġ Għawdex. Is-sindku Nicky Saliba qed jirreżenja wara ftehim li kien sar bejn il-kunsilliera infushom peress li l-kunsilliera Laburisti u dawk Nazzjonalisti kienu ġabu kważi l-istess ammont ta’ voti. B’hekk kien sar gentleman’s agreement bejn il-kunsilliera li l-kunsill beda fl-ewwel terminu tiegħu ta’ sentejn u nofs jitmexxa minn Nicky Saliba. Saliba hu oriġinarjament Nazzjonalist, imma kien ikkontesta bħala indipendenti.

Fit-tieni parti tal-leġislatura, is-sindku ser jkun wieħed Laburista. L-ewwel parti ta’ din il-leġislatura ġiet fi tmiemha u b’hekk irreżenja s-Sur Nicky Saliba minn sindklu biss ser jibqa’ kunsiller. B’hekk fit-tieni parti tal-leġislatura, il-kunsill ser ikun immexxi minn sindku tal-Partit Laburista, li ser tkun Marlene Cini, sakemm ma toħroġx ukoll għall-elezzjoni ġenerali. Marlene Cini kien il-viċi-sindklu. Issa bħala viċi-sindku mistennija jkun hemm Sandra Grech.

Illum tħabbar b’mod uffiċjali li Herman Schiavone mhux ser ikun kandidat Nazzjonalista fil-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan ifisser li fl-elezzjoni li ġejja mhux ser ser joħroġ. Dan hu t-tieni deputat Nazzjonalista li mhux ħiereġ għall-elezzjoni ġenerali. Therese Comodini Cachia ġa ħabret li mhux ser tkun kandidata. Hermann Schiavone qal li mhux ħiereġ għall-elezzjoni biex jagħmel spazju għall-kandidati ġodda.

https://newsbook.com.mt/a-first-for-zebbug-alternating-mayors/

Leave a Reply

Your email address will not be published.