Where your opinion counts

Rosianne Cutajar tagħmel ritorn fil-politika lokali: Lovin Malta tikkwotaha bħal leħen awtorevoli tal-ħsieb liberali Malti

Wara li Jean Claude Micallef tkellem fuq il-każ tal-qtil tal-mara pollakka, kien imiss issa lid-deputata Rosianne Cutajar biex issemma leħinha dwar dan il-qtil. Lovin Malta tat spazju lill-kumment tagħha. Sa hawn ma hemm xejn ħażin. Ġurnal għandu jġib kull aħbar. Biss dak li jolqtok f’dan l-artiklu interessanti huwa l-fatt li dak li qalet Rosianne Cutaja spiċċa jingħata mportanza minn dan il-ġurnal li sa ftit ilu kien iqies lil Rosianne Cutajar bħala l-bête noire tal-politika Maltija.

Wieħed irid jiftakar li Cutajar kienet waħda mid-deputati l-aktar attakki fil-media minħabba l-preżunt kuntatt li kellha ma’ Yorgen Fenech. F’daqqa waħda, u bla mistenni, Rosianne Cutajar spiċċat bħala sors kredibbli li jistħoqqilha tkun ikkwotata. Lovin Malta mhux qed tqies biss dak li qed tgħid Rosianne Cutajar bħala interessanti, imma ratu saħansitra bħala materja li fuqu tista’ tibni artiklu ġurnalistiku daqs kemm hu importanti. Tant hemm instab interessanti dak li kitbet Cutajar li kważi ġie kkwotat kelma b’kelma.

Kulħadd jaqbel mal-mod kif fissret is-sitwazzjoni tal-pajjiż f’dak li għandu x’jaqsam mal-imġieba ta’ żgħażugħ u kemm naqas il-pajjiż ma’ żgħażagħ li jistgħu qed ibatu minn problemi mentali.

B’hekk dan hu l-ewwel artiklu fil-mainstream media fejn Rosianne Cutajar qed tkun impenġija b’mod tajjeb u sabiħ wara tant artikli li kienu maħsuba biex ikissru l-immaġni ta’ din id-deputata. Wara li l-mainstream media għaddiet lil din l-istess deputata minn tant kritika, jidher li s-sitwazzjoni bdiet idur għaliha.

Fi kliem ieħor, din id-deputata tidher li ser tagħmel “come back” fix-xena politika. Dak li wieħed irid jara jekk dan l-artiklu hux ser ikun fula f’qargħa jew il-bidu ta’ proċess fejn il-media ma tibqax tqies li Rosianne Cutajar bħala l-bniedma li għandha tkun distrutta politikament imma bħala alleat tagħha biex twassal il-ħsibijiet liberali li mainstream media f’Malta tħaddan lilll-poplu Malti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *