Where your opinion counts

L-isfida ta’ David Thake lill-Prim Ministru

Lovin Malta tagħtina l-aħbar li David Thake sfida lill-Prim ministru għal dibattitu fuq il-PBS biex jesponu t-tnejn dokumentazzjoni dwar is-sitwazzjoni tat-taxxi tagħhom. Thake għamel dan wara li kummentatur fuq Facebook qallu biex iħallas il-VAT li għandu dovut lil dan id-dipartiment.

Dawn l-aħħar ġranet David Thake kien fil-mira tal-media tal-Partit Laburista wara li gazzetta indipendenti bl-Ingliż xandret li l-kumpanija ta’ David Thake għandha tagħti ‘l fuq minn kwart ta’ miljun euro lid-dipartiment tal-VAT. Thake kien pront qal li dan il-kummentatur biex jikkonvinċi lil Robert Abela biex jippreżenta ruħu għal dibattitu fuq ix-xandir nazzjonali. Fit-tweġiba tiegħu, David Thake kiteb hekk:

Meta jrid Robert Abela, jien u hu immorru fuq PBS. Jien ingib ir-returns tat-Taxxa tiegħi ta l-aħħar 10 snin. Inġib l-accounts tal-kumpanija wkoll ta’ l-aħħar 10 snin. Hu jagħmel l-istess. U t-tnejn li aħna inwieġbu għad-domandi tal-ġurnalist. Mur ikkonvinċih… ara jirnexxilekx…

Din id-darba David Thake għandu raġun li jirrispondi b’dak il-mod. Għandu raġun li jitlob li jersaq quddiem il-cameras bid-dokumentazzjoni kollha f’idejh. Għandu raġun jgħid lill-Prim Ministru biex anke hu jippreżenta d-dokumentazzjoni tat-taxxa tiegħu għal dan l-aħħar għaxar snin. Għandu raġun jgħid lil Prim Ministru jkun trasparenti anke hu fir-returns tat-taxxa tiegħu.

Dr Abela ilu għal dawn l-aħħar snin ma jippreżentax r-returns tat-taxxa tiegħu fil-Parlament kif inhu mitlub bħala membru tal-istess Parlament. Ilhom isiru mistoqsijiet lill-Prim Ministru biex jagħti spjegazzjoni ta’ kif huwa s-sid ta’ diversi propjeta u tad-dgħajsa li għandu. Għalhekk David Thake għamel sew li ħataf l-okkazzjoni biex jisfida lill-Prim Ministru biex jikxfu l-karti kollha quddiem il-pubbliku Malti u Għawdxi.

Imma dak li jweġġgħek huwa l-fatt li dawn l-affarijiet dwar Robert Abela kienu magħrufa fost il-membri tal-Oppożizzjoni għal dawn l-aħħar snin. Minflok li ffukaw l-enerġija tagħhom, inkluż Thake nnifsu biex jinkixfu dawn il-maskli fuq in-naħa l-oħra, ħlew il-ħin tagħhom jattakkaw kap li kien ġie elett demokratikament bħala mexxej tal-Partit Nazzjonalista. Fuq kollox, dak li qed jikteb dwaru Thake ilu jingħad fost id-deputati Laburisti stess versu l-Prim Ministru Robert Abela. Imma għala Thake tkellem issa wara li ġie dahru mal-ħajt?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *