Jean Claude Micallef jiddeplora l-attakki li qed isiru fuq l-omm l-allegat qattiel ta’ Paulina Dembska

Id-deputat Laburista Jean Claude Micallef tella’ post pjuttost twil fuq il-Facebook Page tiegħu fejn iddeplora l-attakki li qed isiru bħal issa fuq omm l-allegat qattiel ta’ Paulina Dembska.

Fil-media ħareġ l-isem l-allegat persuna. Fuq kollox, ħareġ ukoll minn fejn hu miż-Żejtun, jiġifieri minn wieħed mill-lokalitajiet li fuqhom ser ikun qed jikkontesta d-deputat Laburista Jean Claude Micallef. Qed insemmi dan il-fatt għaliex normalment deputati jkunu jafu x’inhu jiġri fuq id-distrett tagħhom u b’hekk stqarrija bħal ta’ Jean Claude Micallef trid tingħata aktar widen mis-soċjeta’.

Wara li sar magħruf li Abner Aquilina huwa l-allegat qattiel ta’ din il-mara Pollakka, numru ta’ persuni mhux biss ikkundannaw dan id-delitt u għamlu sew – imma nfexxu jgħajru lill-ommu. Jekk ommu kellha x’taqsam ma’ dan id-delitt jagħmel sens li tissemma. Biss jekk ommu ma għandhiex x’taqsam – u s’issa l-pulizija għadha ma qalet xejn fuq dan il-punt u mhux ser tgħid – allura għalfejn qed tissemma’? Jien ninsab infurmat li l-ġenituri tiegħu huma nies sew ħafna. Ommu qed tkun attakkata intortament. Hija mara per bene. Mhux sew li qed tiddaħħal fil-kredu. L-anqas naħseb li dan hu każ verament ta’ femmiċidju. S’issa jidher li dan hu aktar każ ta’ nekrofilja. Fuq kollox, mill-informazzjoni li qed niġbor, dan jista’ jkun każ ieħor ta’ falliment fis-sistema edukattiva tagħna.

Wieħed jifhem ir-rabja li wieħed iħoss għal storja bħal din. Biss wieħed ma jistax imur għal dan it-tip ta’ ġustizzjaliżmu li hu perikoluż u l-anqas idawru bħal xi każ ta’ femmiċidju meta jidher li ma hux il-każ.

Għelhekk għamel sew id-deputat Jean Claude Micallef li ikkundanna l-attakki li qed isiru fis-social media fuq omm Abner Aquilina.

One thought on “Jean Claude Micallef jiddeplora l-attakki li qed isiru fuq l-omm l-allegat qattiel ta’ Paulina Dembska

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *