Ħolqu microchip biex titqiegħed taħt il-ġilda ta’ dawk li jieħdu l-vaċċin

Meta madwar sena ilu kont ġibt persuni biex jitkellmu fuq il-programm li kont nagħmel fuq it-Television, ġejt mgħajjar li qed inxerred conspiracy theories. Dawn il-persuni tkellmu fuq nanotechnologies u rabtu din it-teknoloġija mal-vaċċin. Dan wassal biex jien ġejt mgħajjar mill-Liberali bħal Manuel Delia u anki xi akkademiċi tal-universita’ li qed nallarma n-nies. Lovin Malta kienet għamel anki artiklu fuq dan il-programm biex tgħid li qed inxandar conspiracy theories.

Niftakar li saħansitra kien hemm studenta li kienet qed tagħmel kors fix-xjenza fl-Universita’ ta’ Malta li kitbet lil Ministru Fearne u lill-arċisqof u l-awtorita’ tax-Xandir fejn akkużatni li qed nallarma n-nies b’misinformazzjoni. Kien saħansitra ċempilli s-sid ta’ Xejk TV imwerwer li kien ser jieħdulu l-liċenzja. Kieku setgħu ħarquni f’nofs pjazza!

Biss dak li dawn in-nies li kont ġibt fil-programm tiegħi tkellmu dwaru ma kienx il-bogħod mir-realta’. Araw dan l-artiklu fuq ġurnal lokali x’inhu jgħid illum. Ser joħorġu issa l-liberali u jgħidu li dan kollu gideb u mhux veru li jridu joħolqu microchip biex iqegħduha taħt il-ġilda ta’ dawk li jieħdu l-vaċċin?

I Spent Two Hours Watching Maltese COVID-19 Conspiracy Theorists ‘Expose Virus’ On Xejk So You Don’t Have To

Leave a Reply

Your email address will not be published.