L-awtoritajiet tal-isptar jikkuntattjaw lill-persuna li talabhom informazzjoni dwar qarib li miet l-isptar wara li ħa t-titqiba kontra l-Covid-19

Dan is-sit ippubblika artiklu dwar Renald Williams fejn dan talab informazzjoni lill-isptar wara li qarib tiegħu miet fl-istess sptar u l-familja tħoss li dan miet minħabba t-titqiba kontra l-Covid-19. Wara li deher l-artiklu f’dan is-sit, l-Awtoritajiet tal-Isptar ikkuntattjawh u ta’ dan jixtieq jirringrazzjahom. Williams bagħatli dan il-messaġġ:

Hi Dr. Mercieca,

Kemm ngħidlek grazzi ħafna tal-għajnuna tiegħek. Sinċerament apprezzajt immensament.

L-isptar bagħtulna acknowledgment u waqt li xorta talbuna iktar informazzjoni, imma għallinqas ċemplulna darbtejn wkoll.

L-Awtorita’ Maltija tal-Mediċini bagħtulna żewġ emails wkoll u qalulna li anki l-Pfizer stess avżaw lill-Awtorita’ Ewropea.

Grazzi mill-ġdid, saħħiet dejjem, il-Mulej miegħek.

Leave a Reply