Meta l-Gran Mastru Giovanni de Valette sar nannu.

Il-Ħadd li għadda dehret intervista li saret lili minn Charles B. Spiteri. Din kienet tittratta l-Gran Mastru Giovanni de Valette u l-ħajja sesswali tiegħu. Fi żmienu, kien fatt magħruf li De Valette kellu t-tfal imma dan il-fatt qatt ma kien ġie ppruvat storikament. Ħafna snin ilu, waqt xogħol fuq ir-reġistri tal-magħmudijiet tal-Birgu ħareġ ċar li fis-soċjeta ta’ żmienu, in-nies kienu jafu li kellu t-tfal. Anzi fost din il-kommunita’ tal-Girbin kienu anki jafu li de Valette kien saħanistra nannu! Eventwalment, dan il-fatt li de Valette kellu tfal kien ġie msaħħaħ minn dokumenti li kien sab Giovanni Bonello. Bonello sab li De Valette kellu aktar minn wild wieħed. Għal min irid jaqra aktar fuq din l-istorja, qed nirriproduċi l-intervista li saret miegħi.

Leave a Reply

Your email address will not be published.