Iż-Żejtun iqum għal dawn il-festi bi slogans politiċi favur it-Tabib Silvio Grixti

Ġewwa t-toroq prinċipali taż-Żejtun twaħħlu bl-placards bi kliem ta’ appoġġ għad-deputat Laburista Silvio Grixti. F’dawn il-jiem ta’ festi, smajna li t-Tabib Grixti qed jiġi investigat mill-pulizija. Fil-frattemp, it-Tabib Grixti rreżenja mill-parlament.

It-Tabib Grixti ġie elett fuq it-tielet distrett li hu d-distrett li jagħmel minnu ż-Żejtun. It-Tabib Grixti hu maħbub fuq dan id-distrett u r-reżenja tiegħu tidher li ma ntlaqgħetx tajba tant li tqegħdu dawn il-placards – aktar minn waħda ġewwa ż-Żejtun – appoġġ lejn it-Tabib Grixti.

F’messaġġ minnhom nikteb “Solidarjeta’ mat-Tabib Grixti“. Messaġġ ieħor jgħid “Kont magħna u aħna miegħek“. “Dejjem warajk Dr. Silvio Grixti” u “Grazzi Dr. Silvio Grixti ta’ kemm għamilt Magħna” huma messaġġ oħra fost il-messaġġi li tqegħdu f’postijiet ċentrali fiż-Żejtun.

Jidher ċar li din ir-reżenja ma ntlaqgħetx tajjeb mal-elettorat Laburista ta’ din il-lokalita’. It-tabib Silvio Grixti għandu egħruq sodi fid-distrett u b’mod partikolari fiż-Żejtun u n-nanna tiegħu kienet tiġi oħt Maggie Moran, li kienet il-mara tal-eks-Ministru Laburista, Ċensu Moran.

2 comments

  1. Veru jiddispjacik tara certu nies li jidhlu f’xi basla imma jkunu rgiel bizzejjed li jammettu u jwarbu.
    Ara f’Ghawdex fuq l-artijiet tal-Fondazzjoni delli Navarra, l-Arcisqof Scicluna ghamel froga kbira u halla f’idejn avukati dawn l-artijiet, u dawn bla skrupli ta’ xejn qed jheddu lil familji biex johorgu minn djarhom. Hawnhekk nahseb li l-pulizija ghandha tinvestiga din l-istorja li ilha gejja mill-1990. L-eccellenza biex jghid lil haddiehor x’ghandu jaghmel, hadd ma jghaddih…imma x’hin jigi ghalih biex jagixxi u jiehu decizjoni sabiex isewwi dak li ghamel….elf skuza u bla, bla, bla.

Leave a Reply