Kif ser ikun il-Milied fil-Ħabs din is-sena

Qed nippubblika l-programm tal-Milied fil-ħabs ta’ Kordin. Daqt ikollna l-liberali u progressivi jgħidulna li dan hu offensiv. Dan hu l-programm tal-Milied u ta’ l-Ewwel tas-Sena li ħalla Alex Dalli warajh. Bniedem li kien jippjana bil-quddiem. Dan il-programm ġie ppjanat fi żmienu. Nispera li ma’ dan l-interess fl-ispiritwalita’ tal-priġunieri li kellu dan id-direttur ma kienetx raġuni oħra għala saret kampanja kontra tiegħu. Nispera li ma kienx hemm min għokritu għajnu li hemm kien direttur li qed jagħti importanza żejda lill-aspett spiritwali tal-ħabsin u b’hekk ried anki jeħles minnu.

Fuq kollox, il-kappella tal-ħabs hija lesta u armata għaċ-ċelebrazzjoni tal-Milied. Din il-kappella kienet ġiet irrestawrata meta Dalli kien direttur, fl-istess żmien meta l-gazzetta elettronika tal-Knisja Kattolika ħlief propaganda u gideb fuqu ma kienetx tippubblika. Ir-restawr ta’ din il-kappella sar minn Charles Vella u l-priġunieri għenu f’dan ir-restawr.

One thought on “Kif ser ikun il-Milied fil-Ħabs din is-sena

Leave a Reply

Your email address will not be published.