Persuna tmut l-isptar wara li ħadet l-vaċċin: il-familjari jitolbu spjegazzjoni u għadhom bla tweġiba

Qarrej għadu qiegħed jistenna tweġiba mill-isptar wara li qarib tiegħu miet ġewwa l-isptar wara li ħa t-tieni t-titqiba kontra l-Covid19. Meta l-familjari talbu lill-isptar biex jingħataw informazzjoni, it-tweġiba kienet fin-negattiv. Ir-raġuni li ngħataw kienet minħabba d-data protection.

Dan is-sit ġie ikkuntattjat minn Renald Williams, persuna li tilef lill-kunjatu tiegħu wara li ħa t-tieni doża tal-vaċċin. Hu spiċċa jikkuntattjani għaliex fi kliemu stess, ma jridx li ħaddieħor jgħaddi minn dak li għaddew il-familjari tiegħu.

Meta ra dawn il-videos, li qiegħed inġib ma’ dan l-artiklu, għamel il-kuraġġ biex jiktibli dwar dak li l-familja tiegħu għexu f’dawn l-aħħar xhur minħabba li membru tagħhom miet wara li ħa t-tieni doża tal-vaċċin.

Huwa kiteb saħansitra email lill-kumpanija tal-vaċċin esperimentali, dwar dak li ġara lill-familja tiegħu, ħalli dan ma jerġax jiġri lill-oħrajn. F’din l-email, din il-kumpanija ġiet infurmata minn xiex għaddha l-kunjatu tiegħu u dak li kellu jiffaċċja, minħabba l-effetti ħżiena tal-vaċċin esperimentali. Huwa qal li ħadd ma kien qalilhom qabel x’inhuma eżatt is-side effects, li dan il-vaċċin jista’ jikkawża fuq min jieħdu.

Huwa għadda ukoll bejn l-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju, kopja tal-istess korrispondenza li saret mall-kumpanija tal-vaċċin esperimentali, lill-ħames membri fil-politika Maltija u lili bħala l-ġurnalist. Erba’ membri, tnejn minn kull naħa tal-kamra tal-parlament, u politiku f’partit li mhuwiex rappreżentat fil-parlament Malti. Il-politiku f’partit li mhuwiex rappreżentat fil-parlament Malti wieġbu mill-ewwel u kkomunika miegħu aktar minn darba. Imma sa llum, 21 ta’ Diċembru, lanqas tweġiba jew acknowledgement mill-erba’ politiċi l-oħra, la mill-aħmar u lanqas mill-blu.

Kienet l-istess ditta tal-vaċċin esperimentali li ħeġġitu biex jikteb lill-isptar Mater Dei. F’nofs Ġunju, l-awtoritajiet tal-isptar ikkwotawlu l-liġi tal-protezzjoni tad-data u b’hekk ma setgħux jagħtu informazzjoni fuq il-bniedem mejjet, allavolja d-ditta tal-vaċċin esperimentali talbithom biex ifittxu l-għajnuna tal-isptar għall-mistoqsijiet tagħhom.

Skont Renald Williams, l-isptar talbu lilu u l-familja tiegħu biex jagħmlu riċerka pubblika u privata tat-testment fejn kellhom jipprovdu kopja tal-wirt, kopja taċ-ċertifikat tat-twelid, fejn dan minħabba prattiċi lokali, wassal ukoll għal talba tal-pjanta tad-dar fejn kien joqgħod, kompluta anki bir-rapport tas-surveyor. Dan kollu ġie mitlub lilhom biex jingħatalhom rapport mediku tal-qarib tagħhom li kien l-isptar it-tieni darba qabel miet. Il-familjari damu biex ġabru din l-informazzjoni minħabba s-sitwazzjoni ta’ restrizzjonijiet fil-pajjiż minħabba l-virus.

Imbagħad għaddew dak li ġew mitluba lill-awtoritajiet tal-isptar fil-bidu ta’ Diċembru. Issa il-familja qed tistenna biex tara meta tingħata tweġiba jew ta’ l-inqas acknowledgement.

Din hi l-email li ġiet mgħoddija lill-kumpanija tal-vaċċin esperimentali, u lill-ħames membri fil-politika, u lili bħala l-ġurnalist:

Bonġu llum il-Ħadd 30 ta’ Mejju 2021,

Qiegħed nikteb għax il-kunjatu tiegħi, miet il-Ġimgħa, 14 ta’ Mejju 2021 minħabba riperkussjonijiet, wara li ħa t-tieni doża tal-vaċċin esperimentali. Fuq l-internet, il-bieraħ is-Sibt, rajt pazjenti oħra li wkoll soffrew effetti simili.

L-għada li ħa l-ewwel doża baqa jħossu ma jiflaħx u stordut, u jiem wara testijiet mediċi irriżulta li kien beda jbati bil-pressjoni għolja. Qabel qatt ma kellu l-iċken problema ta’ pressjoni. Wkoll l-għada li ħa l-ewwel doża beda jbati b’nuqqas ta’ aptit, nuqqas ta’ aptit biex jiekol u jixrob. Qatt ma kien ibati b’nuqqas ta’ aptit, qabel ma ħa l-vaċċin esperimentali. Anzi kien tip ta’ bniedem dejjem jaħseb fil-pranzu li jmiss, u meta kien imiss li ġejjin bit-te jew kafeu ara ma ttellfux waqt l-ikel jew il-ħin tat-te, għax dak ħin sagru u jinjorak. Il-pressjoni baqgħet tiela tant, anki bil-kontroll tal-mediċini, li kellu bżonn jittieħed lisptar b’urġenza. Niftakar kien is-Sibt qrib nofs in-nhar. Ftit jiem wara ħareġ mill-isptar.

L-għada li ħa t-tieni doża baqa fis-sodda għax ma setax iqum għax beda jħoss dahru paralizzat u l-kunjata bdiet tinkwieta u tibża’ f’din is-sitwazzjoni. Qabel ma ħa l-vaċċin esperimentali, qatt ma kien sofra minn problemi ta’ moviment. Kien dejjem idur u jaqgħad b’mod indipendenti u dejjem jivvinta kull skuża biex imur qadja. Is-sitwazzjoni tant aggravat, minħabba l-problemi f’dahru, li ma setax iżomm dritt, l-anqas bil-walking aid jew bastun. Minħabba li ma bediex iżomm dritt, u beda xi drabi jaqa’ kellu jittieħed l-isptar. L-isptar sabulu il-clots fid-demm. Din id-darba, ħareġ ukoll mill-isptar, imma sfortunatament f’tebut.

Awguri ta’ saħħa minn Malta, fl-Ewropa, gżira fiċ-ċentru tal-baħar Mediterran.

One comment

Leave a Reply