Where your opinion counts

Ħabsi ieħor li għamel rapport  lill-pulizija kontra Alex Dalli instab pożittiv għall-eroina u l-kokaina

Dan is-sit jinsab infurmat li l-ħabsi ieħor, bl-isem ta’ Alex Whiteford, instab pożittiv għall-eroina u kokaina. Dan instab pożittiv il-bieraħ. Alex Whiteford kien priġunier ieħor li kien mar għand il-pulizija biex jagħmel rapport kontra Alex Dalli. Dan hu it-tieni ħabsi li nstab pożittiv għall-eroina u għamel rapport fażul kontra Alex Dalli.

Fuq kollox dan il-fatt ikompli jikkonferma li mindu l-Ministru tal-Intern, Dr. Byron Camilleri, keċċa lil Alex Dalli, il-ħabs reġa’ nfaqa’ bid-droga.

Kif kiteb xi ħadd, fil-ħabs sar kolp ta’ stat min dawk li kellhom interess li dan il-post jerġa’ jinfaqa’ bid-droga. Infakkar li s-Sur Dalli kien irnexxilu jnaddfu minnha. Imma din l-azzjoni wasslet biex l-operaturi tad-droga tilfu suq ta’ 15-il miljun euro fis-sena. Wara li tkeċċa Dalli, dawn reġgħu akkwistaw dan is-suq.

One thought on “Ħabsi ieħor li għamel rapport  lill-pulizija kontra Alex Dalli instab pożittiv għall-eroina u l-kokaina

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *