Id-double stardards tal-familja Caruana Galizia: l-aqwa r-rikompens li ser jieħdu mingħand il-Gvern!

Mhux ta’ min jimita d-double standards ta’ oħt Daphne. Anke bin-nuqqas ta’ azzjoni tagħha wriet li ma wieħed timxi mod u ma’ ieħor timxi mod ieħor. Meta Adrian Delia talab apoloġija talli ddeskriva lil Daphne Caruana Galizia bħala ‘biċċa blogger’, wara li kienet ilha tattakkalu l-familja u tħammiġlu ismu mingħajr ebda prova ta’ xejn, oħt Daphne kienet qalet lit-Times biex jiktbu ‘Fuck off’. Ovvjament it-Times kienu obdew u hekk għamlu.

Issa Owen Bonnici għamel apoloġija talli għal xhur sħaħ kien jibgħat impjegati tal-Gvern iżarmaw il-mafkar spontanju quddiem il-qorti. Din id-darba t-Times ma ħaditx reazzjoni ta’ oħt Daphne u oħtha ma qaltlux ‘fuck off’.

U dan mhux darba kien għamilha din l-azzjoni imma kważi kuljum jew kull darba li kien jitpoġġa xi ħaġa bħala tifkira ta’ Daphne. Nemmen li l-gvern kellu raġun ineħħi hom. Dak il-monument għandu sinifikat ieħor. Biss dan l-artiklu mhux dwar dan il-punt. Imma la l-gvern kuntent li l-monument tal-Assedju sar il-monument ta’ Daphne, mela kulħadd għandu jkun kuntent kulħadd. Ovvjament kumbinazzjoni din l-apoloġija ta’ Owen Bonnici tidher li ġiet aċċetta minn dawk kollha konċernati għaliex bħalissa l-familja ta’ Daphne qed tinnegozzja mal-Gvern somma ta’ għexieren ta’ miljuni f’kumpens għall-qtil ta’ Daphne.

https://timesofmalta.com/articles/view/i-am-genuinely-sorry-owen-bonnici-on-clearing-daphne-memorial.922447?fbclid=IwAR0ve3L6TL8XpThxzQ3QdRHrxTCY90GgpVerFBZfBEr_GKQJQ3T4toi4jDQ

3 comments

  1. Mela mhux bhal Christian Grima u s-segwaci tieghu, Ghax l-odju l’ ghandhom u l hamallagg bla qies. Imma bl ingliz ghax Dawk piloti. Ara L lejboristi, dawk marmalja.

    #ipokriti

    • jiena ma naqbel xejn ma min l-gholja ta miljuni lill familitari ta Daphnie Caruana Galizia l-aktar meta huwwha ha l-computer il Germania biiex forsi titnaddaf xi Informazzjoni dwar il-PN u qtil taghha u fuq kollox il-Gvern f,biex jidhol meta din ‘kienet kontinwa kontra l’Gvern ta Dr Joseph Muscat, familtu u kontta dejjem dak li Dr Joseph.wetlaqam anke dawk li qed jiehdu li mhux misthoqq.
      uI fuq kollox.hsara ghamlet u mhux tat semha ghal gid versu kulhadd ghax aktar imxaqilba lejn Gonzi PN.kif
      narahha jiena.

Leave a Reply