Wieħed mill-priġunieri li nstab pożittiv għall-eroina kien mar għand il-pulizija biex jagħmel statements fażulli kontra Alex Dalli

Dan is-sit jista’ jiżvela li wieħed mill-priġunieri li nstab pożittivi għall-eroina kien wieħed minn dawk li l-media semmiet li ta xhieda kontra l-Kurunell Alex Dalli lill-pulizija. Il-media kienet użat dan il-fatt biex tiġġustifika t-tneħħija tal-Kurunell Alex Dalli. Dan il-priġunier huwa Anthony Amando Zahra. Zahra kien wieħed minn erba’ priġunieri li isimhom ġew mgħoddija lill-pulizija minn Peppi Azzopardi bħala priġunieri ta min jorbot fuqhom u li lesti jixhdu kontra Alex Dalli.

Dan is-sit ma jiddejjaqx jgħid li Zahra kien wieħed minn dawk li għamel statement fażull kontra Alex Dalli lill-pulizija. Zahra għandu fedina kulurita sew. Fuq kollox għandu wkoll każijiet pendenti fuq serq.  Dan kien wieħed mill-priġunieri li nstab pożittiv għall-eroina fil-ħabs wara li Alex Dalli ma baqgħax imexxi l-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin.

Is-sitwazzjoni tant kemm qed terġa’ tkun esplossiva fil-ħabs li persuna li hu fis-servizz kiteb messaġġ iebes fuq Facebook. Din il-persuna qed jgħid li ġa beda jinħass in-nuqqas ta’ Alex Dalli fil-ħabs. Waqt li jgħid li fil-ħabs ta’ Kordin sar kolp ta’ stat biex tneħħa Dalli, hu kompla jgħid li issa min xarrbu ser ikollu jieklu l-bakkaljaw.

Leave a Reply