Waħda mir-raġunijiet għala tneħħa l-kurunell Dalli hija għaliex ittermina x-xogħol tal-Psikjatra Joseph Spiteri

Dan is-sit jinsab infurmat li waħda mir-raġunijiet għala tneħħa mill-kariga l-kurunell Dalli hija għaliex ittermina xogħol tal-psikjatra Joseph Spiteri fil-ħabs. Waqt li hu fatt magħruf anki jekk l-awtoritajiet ma jridux jammettuh li Alex Dalli ta fastidju li xi uħud għaliex irnexxilu jneħħi d-droga mill-ħabs, din ma kienetx l-unika raġuni għala Alex Dalli kellu l-kuntratt tiegħu tterminat. Magħha ngħaqad il-fatt li Dalli kien ittermina l-kuntratt ta’ Dr. Joseph Spiteri fil-ħabs. Dr. Spiteri kien wieħed minn dawk il-psikjatri mfittxija ħafna minn dawk li kienu jkunu jridu joħorġu boarded out. Dalli ttermina l-kuntratt ta’ Spiteri għaliex ħafna priġunieri kienu qed jispiċċaw iħallsu flus kbar biex jieħdu s-servizzi tiegħu.

Il-psikjatra Spiteri kellu l-fiduċja ta’ politiċi miż-żewġ partiti l-kbar. Alex Dalli qatt ma qies il-politika fix-xogħol tiegħu. Minħabba dawn il-ħlasijiet mitluba mill-priġunieri, Dalli ħass li kellu jittermina dan il-kuntratt ta’ xogħol fil-ħabs tal-psikjatra Spiteri. Biss fuq livell politiku, mhux kulħadd ħa pjaċir li dan ix-xogħol ġie tterminat u ġie deċiż li Alex Dalli jkollu l-kuntratt bħala Direttur fil-ħabs itterminat. B’hekk, b’ġebla waħda, l-awtoritajiet politiċi laqtu żewġ għasafar. Ara fuq dawn l-affarijiet, tiskanta kif iż-żewġ partiti l-kbar jaqblu bejnithom u l-media ma tikteb xejn!  

Leave a Reply

Your email address will not be published.