Ir-raġuni vera għala jridu neħħu lil Anne Marie Muscat Fenech Adami hija għax innomitat persuna Laburista għal president tal-assoċjazzjoni tal-kunsill lokali

Il-Partit Nazzjonalista jaf li ma hemm l-ebda konflitt ta’ interess fil-każ ta’ Anne Marie Muscat Fenech Adami. Hemm biss ħadma bejn il-media u l-Partit Nazzjonalista biex tkun imwarrba sindku li hija kapaċi. Din il-ħadma qed issir bħala tpattija għaliex is-sindkuwa tan-Naxxar kienet laqgħet it-talba ta’ kunsillier Laburista, Mario Fava, biex tinnominah bħala President tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Dan is-sit hu nfurmat li s-Sur Mario Fava xtaq li bħala president tal-kunsilliera kollha jkun nominat minn persuna ta’ kull partit politiku. Fava xtaq iwassal messaġġ li hu jrid ikompli jaħdem ma’ kulħadd irrispettivament mil-liema lokal jew partit politiku ġejjin. Hu ġab biss quddiem għajnejh il-ġid tar-residenti.

Dan is-sit hu nfurmat li din l-manuvra ma għoġbotx lil kulħadd, b’mod partikolari kunsillier partikolari tal-Partit Nazzjonalista. Dan wassal biex bdew isiru akkużi skorretti kontra is-sindkuwa tan-Naxxar. Fost l-oħra, Anne Marie Muscat Fenech Adami bdiet tiġi akkużata internament li ma vvutatx lill-kandidat tal-PN fl-elezzjoni tal-president tar-reġjun tat-tramuntana. Din hija allegazzjoni oħra bla prova.

Imma l-inkwiet għal Anne Marie Muscat Fenech Adami ma waqafx hawn. Hija tat ġieh in-Naxxar lill-president il-ġdid tar-reġjun tat-tramuntana li ġej mill-kamp Laburista. Dan wassal għall-aktar inkwiet kontra Anne Marie Muscat Fenech Adami.

Fuq kollox, dan l-attakk fuq Anne Marie Muscat Fenech Adami qed isir għaliex ħadd fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista ma jrid jerfa’ r-risponsabbilita’ għat-tkaxkira li qala’ il-Partit Nazzjonalista fl- elezzjoni tal-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.

Dan hu partit li ma jieqafx jispara għal saqajh. Jidher ċar li hemm illum persuni fil-Partit Nazzjonalista li huma komdi u kuntenti li l-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-oppożizzjoni basta ma jitilfux is-siġġu tagħhom. Ħasra għax pajjiżna jixraqlu ħafna aħjar.

Leave a Reply

Your email address will not be published.