Bil-provi – l-awtoritajiet jridu jeqirdu l-purċissjoni b’Ġesu’ Bambin f’lejlet il-Milied

Qed nippubblika korrispondenza u post li tella’ fuq il-Facebook Page tiegħu, l-Arċipriet ta’ Ħal Tarxien, ir-Reverendu Chris Ellul mal-Malta Tourism Authority. Dun Christopher Ellul talab permess biex ikun jista’ jagħmel il-purċissjoni tal-Milied. Għax purċissjoni reliġjuża ġiet imqegħda fuq l-istess livell ta’ spettaklu turistiku! Ma qalulx le imma qalulu li jrid ikun hemm barriers, dawk li jattendu jridu jkunu bl-invit, jieħdu t-temperatura u jridu jilbsu l-maskli. Fi kliem sempliċi qed jgħidulu torganizza xejn. Ara kif kappillan jew arċipriet jista’ jorganizza purċissjoni b’dawn ir-regolamenti kollha, speċjalment jagħmel barriers jew joqgħod jieħu t-temperatura tan-nies li jinġabru fit-triq biex jaraw il-purċissjoni.

Dak li jweġġgħak hu li l-arċisqof Scicluna u l-vigarju tiegħu Galea Curmi huma biċċa waħda mal-Ministru Fearne u Charmaine Gauci fit-tkissir tat-tradizzjonijiet insara Maltin. Meta darba tkellimt fuq fuq programm tat-television, ippruvaw jgħalquli ħalqi!

Imbagħad ma hemmx problema biex isiru spettakli fil-Belt. Nistaqsi lil MTA kemm dawn ir-regolament ġew imposti jew obbduti fl-ispettaklu li sar il-Belt riċentament? Nistaqsi kemm dawn ir-regolament qed ikun segwiti ġewwa Paceville? Milli jidher il-virus ma jeżistix f’Paceville u fi Strada Rjali l-Belt.

Din tal-virus hija skuża biex inkissru dak kollu li hu tagħna u reliġjuż.

Leave a Reply