Il-kampanja tal-PN Kun il-bidla u l-għajta kontra l-PBS mietu fuq ommhom

Fil-31 ta’ Lulju 2021, il-Malta Today kienet għarfitna li l-Partit Nazzjonalista kien qed jikkonsidra azzjoni legali kontra ir-riformi li kien ser iwettaq il-Public Broadcasting Services meta kien vara tibdiel fix-xandir u kien se jagħmel stazzjon iddedikat għan-news. Dak iż-żmien, il-Partit Nazzjonalista kien se jieħu azzjoni biex ma jħallix ix-xandir tal-iStat ikompli jinħataf mill-Partit Laburista.

Il-Partit Nazzjonalista f’dikjarazzjoni li kien għamel kien qal li bħala partit qatt ma kienu ġew konsultati dwar it-tibdil fix-xandir tal-iStat. Il-Partit Nazzjonalista kien iddikjara li ma għandux fiduċja li t-tmexxija tal-Public Broadcasting Services kien se jagħmel dan it-tibdil b’ġustizzja u b’mod awtonomu.

Meta tiftakar li ma sar xejn iżjed mill-Partit Nazzjonalista fuq din il-kampanja bil-fors ikollok tistaqsi: x’sar minnha l-għajta tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Public Broadcasting Services? Jew kienet ħanqa ta’ ħmar? Kif ma għadhomx isiru konferenzi tal-aħbarijiet biex ikomplu jaġġornaw lill-pubbliku dwar in-nuqqasijiet li kien qed jagħmel ix-xandir tal-iStat?

Jaqaw xi ħadd ġibed l-ispaga biex ma jsirux iżjed attakki fuq il-Public Broadcasting Services? Forsi għax xi ħadd fil-Partit Nazzjonalista għandu lil xi ħadd li qed ipappija tajjeb mill-Public Broadcasting Services? Kemm fuq din kif ukoll fuq kampanji oħra, il-Partit Nazzjonalista bħal donnu jagħmel ħafna ħoss għal ftit jiem u wara jmut kollox. Fejn hi l-kampanja ‘Kun il-Bidla’? Lanqas Bernard Grech m’għadu jsemmieha?

U meta tara dan id-diżastru u nuqqas ta’ konsistenza fil-messaġġi tal-Partit Nazzjonalista bla ma trid tistaqsi. Għalfejn il-Partit Nazzjonalista qed jonfoq, u għadu jonfoq, dawk il-flus kollha u daħħal dawk in-nies kollha u xorta baqa’ sejjer lura fis-surveys u mhux il-quddiem?

https://www.maltatoday.com.mt/news/national/111222/pn_considering_legal_action_over_pbs_reforms_to_have_dedicated_news_channel?fbclid=IwAR3s8qErXOiZDv-yLf9fXCU8GiJTKb8G2Z_aJdXNzK5AxmxpC9jtgGQMVkE#.YbY0DL3MJPY

Leave a Reply

Your email address will not be published.