Għal li jista’ jkun l-Awtorita’ tat-Turiżmu kriet kmamar fil-Phoenicia Hotel għal waqt il-kunċerti organizzati minn ħaten Beppe Fenech Adami?

Dr Jason Azzopardi ħeġġeġ il-pulizija biex tinvestiga l-pjan li kellha l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu biex tonfoq ammont kbir ta’ flus fuq kmamar li kienu se jinkrew fil-Phoenicia Hotel għal xi mpjegati li jaħdmu mal-istess Awtorita’. Dr Azzopardi ġie rrappurtat minn Lovin Malta li qal li nies viċini ħafna ta’ Kastilja nqabbdu fil-proċess fejn kienu se jonfqu għexieren ta’ eluf ta’ euro mit-taxxi tal-poplu biex ikollhom divertiment fil-lukanda. Inqabbdu u kellhom iħassru l-pjanijiet tagħhom imma skond Azzopardi att kriminali xorta sar. Attentat minn uffiċjal pubbliku li jagħmel reat huwa reat minnu nnifsu kompla jgħid Azzopardi. Fuq dan il-punt naqbel miegħu perfettament.

Biss ta’ min jistaqsi lil Dr Jason Azzopardi, x’qed jifhem li ikollhom divertiment fil-lukanda Phoenicia? Jista’ jgħidilna jekk fil-Hilton ta’ Tel Aviv hu kellux l-istess tip ta’ divertiment li qed jirreferi għal min kien se joqgħod il-Phoenicia?

Biss din l-istorja tal-Phoenicia twassal għall-mistoqsijiet oħra. Kulħadd jiftakar li l-kunċerti organizzati fis-sajf bl-għajnuna tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu. Kien intlaħaq ftehim u sar kuntratt bejn l-organizzaturi u Konrad Mizzi meta kien Ministru. Fosthom kien hemm il-kunċerti ta’ Joseph Calleja organizzati minn Anton Attard li jiġi ħaten Beppe Fenech Adami. Ta’ min wieħed jistaqsi jekk dak in-nhar kienitx inkriet kamra jew inkrew kmamar fil-Phoenicia fi żmien ta’ dawn il-kunċerti bi flus tal-Awtorita’?

Min-naħa ta’ dan is-sit, jien ktibt lis-CEO tal-Awtorita’ tat-Turiżmu, Dr. Gavin Gulia. Dr. Gulia weġibni mill-ewwel. Qalli li qed jgħaddi l-mistoqsija tiegħi lis-CEO tal-Awtorita’. Sakemm ġejt għall-pubblikazzjoni ta’ dan l-artiklu, ma kienx għad kelli tweġiba.

B’hekk nixtieq nistaqsi lill-Partit Nazzjonalista jekk hux lest jitlob investigazzjoni biex jara jekk kienx hemm xi kiri ta’ dawn il-kmamar għal waqt dawn il-kunċerti wkoll u jekk iwa, min gawda minn dawn il-kirijiet? U fuq kollox, jekk hux lest li jinvestiga sew għaliex il-Hotel Phoenicia qed tintgħażel min-numru ta’ awtoritajiet tal-Gvern biex fihom isiru receptions u attivitajiet oħra.

Leave a Reply