Anne Marie Muscat Fenech Adami tisfida lil Bernard Grech u lis-segretarju ġenerali: ser tibqa’ fil-pożizzjoni ta’ Sindku

F’messaġġ li għada kif tellgħet fuq Facebook, is-sindku tan-Naxxar, Anne Marie Muscat Fenech Adami qalet li ser tibqa’ sindku. Fi kliem ieħor sfidat l-ultimatum li ta s-Segretarju Ġenerali tal-partit Nazzjonalista u l-kap tal-istess partit meta talbuha biex tirreżenja. Jidher ċar li hi ġa ġiet mitluba biex tirreżenja imma rrifjutat.

Biss Anne Marie Muscat Fenech Adami għandha punt. Bħala sindku, hija ma tmurx tirrappreżenta il-pożizzjoni tagħha imma dik tal-kunsill. Issa jekk il-kunsill ħa vot favur dan il-proġett – u kif qalet hija wara li kien hemm diskussjoni mal-iżviluppaturi biex inaqqsu l-impatt tal-iżvilupp propost, mela hija koretta kienet li ivvutat favur dan il-proġett. Is-sindku ma jmurx jivvota skont il-preferenzi tiegħu fuq il-bord tal-ippjanar, imma skont kif ġie deċiż fil-Kunsill.

Għal darba oħra, Bernard Grech wera li l-anqas jaf kif jaħdem kunsill lokali.

Min-naħa tagħha, Anne Marie Muscat Fenech Adami tat botta lil Bernard Grech u qaltlu li hija ġiet eletta fuq il-kunsill, b’referenza ċara lilu li hu qatt għadu ma ġie elett fil-Parlament. Din mhix l-ewwel darba li Bernard Grech qed ikun mgħajjar un bel zero fil-Partit Nazzjonalista.

One thought on “Anne Marie Muscat Fenech Adami tisfida lil Bernard Grech u lis-segretarju ġenerali: ser tibqa’ fil-pożizzjoni ta’ Sindku

Leave a Reply

Your email address will not be published.