Where your opinion counts

Tat-Times spiċċaw jagħtu raġun lil Adrian Delia.

Wara kampanji sħaħ kontra Adrian Delia, il-ġurnalisti tat-Times spiċċaw jagħtuh raġun. Illum ġie pubblikat artiklu dwar l-abbandun li hemm fl-isptar San Luqa. Infakkar li Adrian Delia fetaħ kawża kontra Steward Healthcare. Adrian Delia fetaħ din il-kawża waħdu. Meta Adrian Delia fetaħ din il-kawża, il-ġurnalisti tat-Times, flimkien ma’ Manuel Delia u l-familja Caruana Galizia kienu għaddejjin f’kampanja kontra tiegħu u baqgħu sakemm waqqgħuh minn kap tal-Partit Nazzjonalista! Id-daħka li dan l-artiklu dwar l-abbandun li hemm fl-iSptar San Luqa kitbu Jacob Borg li ma xebax jattakka lil Adrian Delia! Lanqas baqgħalu żejt f’wiċċu!

https://timesofmalta.com/articles/view/in-pictures-st-lukes-in-shabby-state-years-on-from-investment.920734?fbclid=IwAR39InjJj7UU__vTD1Vy4kqzcInKe6NbSF6Aw03VZdAtfPS18czncSS1IKA

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *