Mark Camilleri nstab! Qed jgħix fi Spanja.
Bħal ma wieħed jaf, Mark Camilleri qed jiffaċċja kawża tal-libell minn Rosianne Cutajar. Fuq kollox qed jaffaċċja wkoll akkużi li hu ppubblika materjal li kien hemm projbizzjoni jew divjit tal-qorti li jkunu ppubblikati.
Wieħed jistaqsi jekk hux veru li meta ppubblika dak il-materjal meħud miċ-chats ta’ Yorgen Fenech kellu il-protezzjoni ta’ Kastilja? Dak li hu żgur li meta ppubblikahom kien hemm persuni minn ġewwa Kastilja li b’mod dirett jew indirett ippruvaw jipproteġuh. Infatti dan is-sit jinsab infurmat li kienet saret pressjoni kbira fuq Rosianne Cutajar biex ma tiftaħx dan il-libell kontra Mark Camilleri minn Kastilija. Sorsi komplew jinfurmaw lil dan is-sit li pressjoni simili kienet saret minn Kastilja, dejjem fuq Rosianne Cutajar, biex ma tiftaħx ksur ta’ privileġġ kontra Jason Azzopardi.
Fuq kollox, dawn iċ-chats, Camilleri ma ġabhomx mingħand l-avukati ta’ Yorgen Fenech u l-anqas mingħand il-maġistrata. Mela l-uniku mod li seta’ ġabhom kien mingħand il-Parte Ċivili jew il-prosekuzzjoni. Wieħed jista’ jistaqsi lill-parte ċivili u fuq kollox lill-prosekuzzjoni jekk kienux huma li tawh dawn iċ-chats? Wieħed jistenna stqarrija minn għandhom fuq dan il-fatt, aktar u aktar meta fil-passat, persuni spiċċaw jitressqu l-qorti fuq disprezz minħabba li ġew akkużati, anki fil-falz, li kissru divjit tal-maġistrata Montebello.
B’hekk, Jon Mallia spiċċa mar Spanja fejn bħalissa qed jgħix Mark Camilleri biex jintervistah! Bħalissa Camilleri qed jgħix fir-reġjun tal-Galicia fi Spanja ħdejn Vigo.
