Il-PN qed jissogra jitlef it-tmexxija fil-lokalita’ tan-Naxxar

Wara li l-Malta Today ippubblika artiklu fuq is-sindku tan-Naxxar, fejn kien allegat li kellha konflitt ta’ interess meta vvutat favur il-bini ta’ tliet torrijiet fil-post li kien it-Trade Fair grounds, Bernard Grech talabha formalment biex tirreżenja.

Din it-talba kienet akkumpanjata minn post fuq Facebook mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino. Piccinino qallha li jekk ma tirreżenjax ser jitlob lill-Kummissjoni tad-Dixxiplina tal-Partit Nazzjonalista biex jinvestigaha.

Hu stramb kif Piccinino qed jhedded lil Fenech Adami li jekk ma tirreżenjax fi żmien 24 siegħa, ser jitlob lil din il-Kummissjoni tad-Dixxiplina. L-ewwel din il-Kummissjoni mhix qed taħdem fil-Partit Nazzjonalista. Infakkar li ma kienetx kapaċi tieħu azzjoni fuq Jason Azzopardi wara li kien ħareġ li ħa rigal mingħand Ray Fenech biex joqgħod fil-Hilton ta’ Tel Aviv.

It-tieni jekk sindku tan-Naxxar ma tirreżenjax, dak li s-segretarju kellu jagħmel hu li jitlob vot ta’ sfiduċja mill-kunsillieri l-oħra. Biss jidher li s-sindku għandha appoġġ fost kunsilliera Nazzjonalisti. Mela jekk ma tirreżenjax, il-Partit Nazzjonalista ser ikollu problema. Ma għandux maġġoranza biex itajjarha. B’hekk is-sindku tan-Naxxar qedha f’pożizzjoni ta’ saħħa li tista’ tisfida lill-Partit Nazzjonalista u tibqa’ fil-kariga. Jekk jiġri hekk, il-PN jitlef it-tmexxija tan-Naxxar għaliex is-sindku ssib is-support estern tal-Partit Laburista.

https://www.maltatoday.com.mt/environment/townscapes/113776/naxxar_mayors_conflict_of_interest_secretary_to_highrise_architects_property_company_#.YbZNwr3MJPZ

Leave a Reply