Where your opinion counts

Ċertu attakki fuq Alex Dalli bdew wara li rrifjuta li jibgħat ħabsi għal kors fl-Universita’

Dan is-sit jinsab infurmat li waħda mir-raġunijiet għala Alex Dalli spiċċa attakkat fil-media kien minħabba li hu rreżista talba li saret biex persuna li weħel fuq għoxrin sena ħabs minħabba li mewt ta’ tfajla li kienet qabżet minn fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli jibda jmur jagħmel kors l-universita’.

Alex Dalli, bħala direttur tal-ħabs ma setax jagħmel jew jikkonċidi għal din it-talba peress li din tmur kontra r-regolamenti tal-ħabs. Dan wassal biex saret kampanja kontra Alex Dalli, inkluż fuq il-media tal-Knisja.

Il-każ imur lura għal-Lulju 2019. Għalliem tad-drama weħel għoxrin sena ħabs wara patteġġjament mal-avukat ġenerali. Hu kien mixli bil-qtil ta’ Lisa Maria li kienet studenta tiegħu. Hu fid-dmir ta’ kull għalliem li jipproteġi lill-istudenti tiegħu u mhux jimbuttahom jew iħeġġiġhom biex jagħmlu suwiċidju. Dan kien ġie deskritt bħala qtil li seħħ fl-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-Professur Andrew Azzopardi kien insistenti ħafna ma’ Alex Dalli tant li bagħat madwar għoxrin email, reminder wieħed wara l-oħra lil Alex Dalli biex iħalli lil din il-persuna tmur l-universita’. Kien jibaghat ukoll lill-uffiċjali l-oħra tal-ħabs. Meta Alex Dalli ma ċediex għall-pressjoni għaliex ma riedx li jinkisru r-regolamenti tal-ħabs, beda attakk wara l-ieħor kontra tiegħu.

Dan is-sit huwa infurmat li persuna tkun intitolata li tmur universita’ jew post ieħor fejn tistudja ftit snin qabel mal-persuna tkun skonta s-sentenza u mhux immedjatament wara sentenza twila ta’ priġunerija. Normalment, tkun imħollija tmur l-Universita’ madwar tliet snin qabel ma tkun ġiet skontata s-sentenza. Kieku Alex Dalli ċeda, kien ikun qiegħed jikser ir-regolamenti tal-ħabs.

Jien wieħed minn dawk li naqbel li ħabsin għandhom jintbagħatu jsegwu korsijiet għaliex hemm ħabsin u ħabsin. Naqbel li għandhom jintbagħtu qabel l-għeluq tat-tliet snin ma tkun skontata s-sentenza. Biss f’dan il-każ, dak li kellu jsir hu li jintalab li jinbiddlu l-regolamenti tal-ħabs.

Fuq kollox, meta wieħed jagħmel kampanja għandu jkun anki kostanti. Inċidentalment, wieħed mill-ispetturi f’dan il-każ tal-mewt ta’ din it-tfajla f’Ħad Dingli kien Keith Arnaud. Qed insemmih għaliex dan mexxa l-prosekuzzjoni kontra Yorgen Fenech. Ara fil-każ ta’ Yorgen Fenech, l-attivisti wżaw riga differenti. Qatt ma pprotestaw li bniedem li għadu ma nstabx ħati ma kellux jibqa’ jinżamm dan it-tul kollu fil-ħabs kif jiġri f’każijiet oħra ta’ omiċidju. F’każijiet oħra ta’ omiċidju, persuni akkużati b’omiċidju jinħarġu fuq bail.

2 thoughts on “Ċertu attakki fuq Alex Dalli bdew wara li rrifjuta li jibgħat ħabsi għal kors fl-Universita’

  1. li nafu sew dan kollu ghaliex certi tibdiliet ma jsirhux biex tigi evidatai kritika min dawk li suppost jiķoncentraw fuq affarijiet ta dak li jkunu fdati biex jghamlu dmirhom fejn tidhol ir-rapprezentanza ta min ikun fdahhom f- xi kariga gholja

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *