Messaġġ ta’ persuna li għandu missieru fil-ħabs: missieru qata’ l-vizzju tal-eroina grazzi għal Alex Dalli.

Persuna li għandu missieru l-ħabs ħalla dan il-messaġġ fuq il-Facebook Page ta’ Xarabank.

Jien għandi missieri l-ħabs u missieri kien jieħu id-droga minn ġol-ħabs. Issa kemm ilu s-Sur Alex Dalli u s-Sur Randolph Spiteri, id-droga nqatgħet minn ġol-ħabs. Issa jekk missieri jerġa’ jieħu d-droga minn ġol-ħabs min huwa risponsabbli? Inti? Il-Gvern? L-Oppożizzjoni?

U ħa għidlek oħra. Sebgħa għamlu suwiċidju u sebgħa oħra mietu mewta naturali. Barra taf kemm imutu b’suwiċidju? Dawk min bagħathom jagħmlu suwiċidju? Inti? Il-gvern jew l-oppożizzjoni? Tinsiex barra hemm il-liberta’. Il-ħabs mhemmx liberta. Dak li jkun ovvjament dwejjaq ħa jkollu, imma l-ħabs tidħol għax tagħmel il-ħażin u mhux għax jaqdek minn xagħrek u jdaħħlek is-Sur Alex Dalli.

Jekk niġu f’dan, naqilgħu naqa’ fuq il-qorti. Naħseb aktar il-qorti għandhom it-tort jisparaw id-dati ta’ kemm teħel kif ġie ġie u s-Sur Alex Dalli irid jara fejn ħa qiegħedhom. Wara dawn imiss li jitgħallqu għax ma jkunux lesti ibatu għall-ħażin li għamlu.

Issa x’ngħidu fuq l-inkjesta, għax l-inkjesta ħarġet nadifa fuq is-Sur Alex Dalli u l-group tiegħu. Xi tgħid fuqha?

Missieri ħareġ minn 4 snin u nofs ħabs. Ħareġ sitt xhur qabel bil-parole. Franka sitt xhur biss u nqabad bl-eroina u tefgħuh 3 snin u xahar ħabs. Allura dan imur jitgħallaq? Jew nagħtu tort lil tal-parole? Ma naħsibx li f’dawn l-affarijiet għandu jeħel is-Sur Alex Dalli jew is-Sur Randolph Spiteri għax xbajtu timmalafamawhom. Misskom tistħu. Nixtieq li jekk trid tmur il-ħabs b’xi ġurnalisti miegħek u tmur tkellmu. Tista’ tmur. Jismu Pierre Cremona u qiegħed f’Division 18″.

Leave a Reply