Il-Kamra tal-Kummerċ tieħu d-distanza mill-Partit Nazzjonalista u Matthew Caruana Galizia dwar il-pipeline tal-gas

B’referenza diretta għall-ittra li bagħat Matthew Caruana Galizia fejn talab biex jitwaqqfu l-flejjes mill-Ewropa lejn Malta bħala għajnuna biex isir il-pipeline tal-gas, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li ħadd ma għandu jipprova jipperikola flejjes li jistgħu jiġu mill-Ewropa matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni fl-enerġija f’pajjiżna.

Il-Kamra tal-Kummerċ saħħqet fuq attenzjoni kbira u li għandna nżommu f’moħħna l-interess nazzjonali f’materji li għandhom x’jaqsmu mal-proviżjoni tal-enerġija f’pajjiżna.

It-tranżizzjoni l-ħadra, li kemm pajjiżna kif ukoll l-Unjoni Ewropea huma kommessi li jwettqu, qed titlob mill-pajjiżi Ewropej attenzjoni kbira kif se jimmaneġġjaw il-provista tal-enerġija. Hemm bżonn li jitnaqqas ir-riskju ta’ żidiet f’daqqa fil-prezzijiet tal-enerġija.

Jekk dan ma jirnexxiex jew ma jkunx miżmum, ser ikollu effetti drastiċi fuq il-kompetittivita tal-businesses Ewropej u jista’ ukoll jirriskja joħloq ħafna inkwiet soċjali. Il-Kamra tal-Kummerċ kompliet tgħid li huwa importanti ħafna li Malta ikollha pipeline tal-gas mal-Ewropa (Sqallija) sal-2028 meta l-ftehim dwar il-provista ta’ gas, għal għaxar snin li hemm bħalissa, jasal biex jispiċċa.

Il-Kamra kompliet tgħid li ma jistax ikun li nirriskjaw li din il-provista minn Sqallija ma tasalx f’pajjiżna. Il-Kamra kompliet tisħaq li f’deċiżjonijiet tant importanti bħal dawn ma nistgħux inħallu li jsir assessjar suġġettiv fuq ix-shareholders tal-kumpanija li qed tforni lil Malta bl-enerġija. Saħħqet ukoll li Malta għandha bżonn tat-tieni interconnector sal-2025.

Il-Kamra tal-Kummerċ ma kellha ebda diffikulta’ li tgħid lil Matthew Caruana Galizia biex ma jipperikolax l-għixien tal-Maltin u l-Għawdxin.

B’dispjaċir wieħed ikollu jikkummenta li l-Kamra tal-Kummerċ għamlet ħafna iżjed milli suppost għamel il-Partit Nazzjonalista f’dan l-istadju tant delikat fit-tranżizzjoni tal-qasam tal-enerġija. Ikun ħafna aktar importanti li jkollok l-Oppożizzjoni tal-pajjiż iffukata fuq affarijiet ta’ interess nazzjonali u ma tħalli lil ħadd, li bl-aġenda tiegħu personali, jista’ jagħmel tant ħsara lil pajjiżna.

https://www.independent.com.mt/articles/2021-12-10/local-news/Jeopardising-EU-funding-for-Malta-s-energy-transition-is-a-dangerous-game-Malta-Chamber-6736238968?fbclid=IwAR0peOar2wajyxNZt_C2GQeuSIHmoPuIaDWWoYjBY00cdnW0IXDbWRrum_8

Leave a Reply

Your email address will not be published.