Vittorio Sgarbi jattakka bl-aħrax id-dokument ta’ Helena Dalli: Manuel Delia kiteb li l-Papa żballja li ma qabilx ma dan id-dokument.

Id-dokument suppost intern li pproduċiet Helena Dalli, il-Kummissarju fl-Unjoni Ewropea, spiċċa qala’ ħafna kritika negattiva minn diversi esponenti kemm Maltin kif ukoll Ewropej. Biss xorta hawn Malta Helena Dalli sabet min jaqbel magħha u jipprova jiskuża għal dak li għamlet.

Fost dawn kien hemm Manuel Delia. Manuel Delia spiċċa jagħti stampa pożittiva għal dak li pproduċiet Dalli fid-dokument tagħha u ppruva jiddefendiha billi qal li dak kien dokument għal użu intern. Bħal dak li qallu, għal użu intern u mhux, Dalli xorta wasslet messaġġ li jkisser it-twemmin ta’ ħafna li jużaw il-kelma Christmas mingħajr inkwiet jew xkiel ta’ xejn. Anzi Manuel Delia mar qal li l-papa żballja meta ddefenda l-kunċett tal-Milied. Dak li jweġġa’ lill-Kattoliċi mhux il-kliem ta’ Manuel Delia imma li hu biċċa waħda mal-awtoritajiet ekkleżjastiċi Maltin, b’mod partikolari l-arċisqof Scicluna u l-media tal-knisja Maltija! Din id-darba qbilt ma’ Peppi Azzopardi fuq il-pożizzjoni li ħa f’fuq din il-kwistjoni.

Helena Dalli ppruvat tneħħi din il-kelma mill-użu ta’ kuljum fl-Unjoni Ewropea biex tipprova tħeġġeġ aktar inklussivita’ fil-kliem użat. Jekk kienx dokument ippreparat innoċentament jew le, mhux faċli tindividwah.

Imma żgur li kellu effett fuq ħafna esponenti fix-xandir tant li anke Vittorio Sgarbi tkellem fuqha. Vittorio Sgarbi kellu kliem iebes għal Helena Dalli, mingħajr ma semmieha b’isimha. Huwa sejħilha kretina u defiċjenti għaliex riedet tneħħi l-kelma Milied. Sgarbi kien qed jitkellem fuq il-program popolari ‘Porta a Porta’ immexxi minn Bruno Vespa. Sgarbi kompla jgħid li l-Milied ifisser punent, ifisser rispett lejn il-persuna, rispett lejn il-mara. Barra minn hekk ikkritka l-fatt li Dalli tieħu €20,000 fix-xahar biex tagħmel ix-xogħol tagħha. Skond Dalli d-dokument li hija preparati kien intenzjonat biex, fi kliemha, nużaw kliem iżjed inklussiv. Imma minħabba n-natura kontraversjali tad-dokument, qalgħet kritika ħarxa minn ħafna, anke mill-Papa Franċisku. Tant kien hemm kritika qawwija li fil-fatt dan id-dokument ġie rtirat.

https://www.independent.com.mt/articles/2021-12-10/local-news/Vittorio-Sgarbi-describes-Helena-Dalli-as-moron-for-attempt-to-cancel-Christmas-6736238970?fbclid=IwAR38rFokLf19m2k6FvQA-jYqEWnSttQPyzMO1Cs66yDa5t843Y6Pt-I6a4Y#.YbM_XkgqS7Q.facebook

Leave a Reply

Your email address will not be published.