Where your opinion counts

Għandha l-Kummissjoni tal-Ġustizzja tinvestiga lil Rachel Montebello fuq l-Abbazia Navarra?

Minn qarrej ta’ dan il-blog.

Nixtieq nistaqsi jekk għandix il-Kummissjoni tal-Ġustizzja tinvestiga lil Rachel Montebello ħalli tara sew l-involviment tagħha f’din l-istorja tal-Abbazia Navarra? Nixtieq infakkar li meta saret dik il-balbuljata tad-1992, kienet saret inkjesta mill-kummissjoni ta’ kontra l-korruzzjoni minħabba s-sentenza mgħaġġla u dubbjuża tal-Maġistrat Peralta u fejn kienu ssemmgħu li magistrat u avukat ma għandhomx ikollhom kumpaniji flimkien.

Illum li saret il-kumpanija Carravan Co Ltd fejn tnejn mid-diretturi tagħha huma avukati (Carmelo Galea u Dennis Montebello) u hemm bħala shareholder il-maġistrata Rachel Montebello. Nistaqsi jekk għandhiex issir xi forma ta’ investigazzjoni mill-Kummissjoni tal-Ġustizzja jew xi awtorita’ oħra ħa tara jekk hux kollox sew f’dan kollu?

Il-problema llum hija li llum fil-Kummissjoni tal-Ġustizzja għandek fija membru prominenti li huma tal-Opus Dei. Naħseb li qed inkun nitlob wisq meta ngħid li għandu jkun hemm din it-tip ta’ investigazzjoni minn għandhom dwar proġett li finalment jinvolvi interess u taħwid ekkleżjastiku u fih hemm involuti kuntratturi li isimhom ilu jissemma fil-media.

One thought on “Għandha l-Kummissjoni tal-Ġustizzja tinvestiga lil Rachel Montebello fuq l-Abbazia Navarra?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *