Mistennija numru ta’ reżenji oħra fil-Partit Nazzjonalista

Kif ħabbar dan is-sit fi blog il-bieraħ, wara r-reżenja ta’ Alessandro Farrugia ser ikun hemm riżenji oħra fil-futur fil-Partit Nazzjonalista, inkluż mit-tim ta’ Bernard Grech innifsu. Allavolja qed jagħtihom pagi fenominali, Bernard Grech l-anqas qed jirnexxilu jżomm in-nies tiegħu stess miegħu. Il-grupp tiegħu ma baqax intatt.

Waqt li wieħed jifhem li jista’ jkollu tiżgwid fil-grupp parlamentari għaliex finalment dan ma għażlux hu, it-tim tiegħu hu għażlu. B’hekk wieħed ma jistax jifhem kif qed ikollu riżenji anki fit-tim tiegħu stess.

Fi kliem ieħor, il-Partit Nazzjonalista qed jiżżarma ftit ftit. Hemm aktar reżenji fil-pipeline, inkluż mingħand kandidati u anki deputati li qed jgħidu li ma jridux joħorġu fl-elezzjoni li ġejja u li tinsab issa wara l-bieb.

Leave a Reply

Your email address will not be published.