Titħassar laqgħa tal-esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista

Il-bieraħ, suppost kien hemm laqgħa tal-esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista imma ġiet imħassra. Din l-istess laqgħa tal-esekuttiv tħassret permezz ta’ komunikat li seħħ wara nofs-in-nhar tal-istess ġurnata li fiha kellha ssir il-laqgħa. Ir-raġuni li ngħatat kienet li Dr Bernard Grech kien indispost.

Tgħid veru li kien indispost jew kien hemm biża’ kbira li l-kap tal-Partit Nazzjonalista kien se jaqla’ ħasla tajba fuq l-aħħar stħarriġ li ħareġ fil-ġurnata ta’ qabel, jiġifieri il-Ħadd li għadda? Tgħid beża’ li kien ser ikun hemm min jistaqsi dwar dan is-survey?Tgħid veru li l-laqgħa tħassret għaliex kien hemm xi biża’ li jissejjaħ xi vot ta’ fiduċja fl-istess Bernard Grech?

Min jattendi l-laqgħat tal-esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista jaf li kemm-il darba jsiru laqgħat tal-esekuttiv fl-assenza tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Mhux darba jew tnejn li laqgħa tal-esekuttiv saret mingħajr il-parteċipazzjoni tal-kap tal-Partit Nazzjonalista. Mela allura għalfejn kellha titħassar din il-laqgħa? Setgħet saret anki mingħajr Bernard Grech. Jidher ċar li Bernard Grech l-anqas għadu jaffda l-esekuttiv tal-partit tiegħu stess!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *