Sejjer il-Partit Nazzjonalista jikkundanna l-isforzi tal-familja Caruana Galizia biex itellfet fondi Ewropej lil Malta?

Il-Partit Nazzjonalista se jikkundanna l-aġir tal-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia fit-tentattiv tagħha li jtellef lil Malta mill-fondi Ewropej biex jinbena l-pipeline tal-gas bejn Malta u Sqallija? Din hija issue nazzjonali u l-Partit Nazzjonalista jridu jieħu pożizzjoni favur Malta u mhux jibqa’ mwaħħal ma’ familja li ħlief ħsara lill-pajjiżna ma tridx tagħmel għall-finijiet personali u pekunjari tagħha.

Infakkar li l-Partit Nazzjonalista kien ħareġ favur dan il-proġett. Jekk xejn, b’dan il-pipeline ikun jista’ jitneħħa t-tanker tal-gas mill-bajja ta’ Marsaxlokk. Mhux ser niddejjaq ngħid li jien kont wieħed minn dawk li ktibt kontra l-preżenza ta’ dan il-tanker fil-bajja ta’ Marsaxlokk u kont kontra dan il-proġett. Barra minhekk, il-pipeline tal-gas se jkun ta benefiċju għal power stations ta’ Dellimara kif ukoll tal-BWSC li issa kollha jaħdmu bil-gas.

Dan is-sit kien kixef it-trattattivi li kienu għaddejjin bejn il-gvern u l-familja Caruana Galizia biex din l-familja tieħu miljuni f’rikumpens u li dan il-ftehim kien fi stat avvanzat. Meta kxift dan il-fatt, kien qam ħafna tħassib fost in-nies kontra l-għotja ta’ dan ir-rikumpens mill-gvern. B’hekk din it-talba lill-Unjoni Ewropea trid tkun moqrija fid-dawl ta’ dan ir-rikompens li qed titlob l-familja Caruana Galizia. Jidher ċar li din il-familja sabet xi ntopp x’imkien u b’hekk qed iddur għal din l-istrateġija li ma hi xejn għajr rikatt.

Infakkar li ma nġibet l-ebda prova li Daphne caruana Galizia nqatlet minħabba l-ElectroGas. Il-computer bid-data ġewwa fih ġie distrutt fuq ordni tal-istess familja Caruana Galizia. Kieku dak il-computer verament kellu d-data li turi Daphne Caruana Galizia nqatel minħabba l-Electrogas ma kienux jawtorizzaw li jeqirduh. Il-maġistrat involut f’din l-istorja tal-qerda ta’ din id-data kien saħansitra promoss għall-imħallef għax f’dan il-pajjiż min jaħdem kontra l-interessi ta’ pajjiżu jieħu promozzjoni mħallsa mit-taxxi tal-poplu Malti.

Issa din il-familja trid tipprova ċċaħħad lin-nies ta’ Marsaxlokk li jeħilsu minn dak it-tanker mostruż fil-bajja. Dan kollu għaliex din il-familja għadha ma ħaditx il-miljuni rikumpens wara li ma kienux kapaċi jispjegaw lill-poplu Malti għala ħallew il-karozza barra dak in-nhar. Infakkar li sħab din il-familja li mexxew l-inkjesti qatt ma talbu lil Yorgen Fenech jitla’ jixhed biex jgħid il-verzjoni tiegħu dwar il-fatti.   

Imma dawn in-nies iridu jgħidu li l-proġett tal-Electrogas kien wieħed korrott. Jekk hu hekk, il-Gvern għandu jieħdu f’idejh u jressaq id-diretturi kollha l-qorti. Biss sal-lum, la l-gvern u l-anqas il-pulizija għadhom ma għamlu dan.

Jekk il-familja Caruana Galizia temmen li dan hu kuntratt korrott, missha għamlet kawża bħal ma għamel Adrian Delia kontra Steward Healthcare. Fuq kollox, Matthew Caruana Galizia jiftaħar li għandu d-dokumenti biex jipprova li dan hu kuntratt korrott. Għaliex qatt ma fetaħ kawża kontra l-Consortium tal-ElectroGas? Fuq kollox ma għandux problema ta’ avukati biex jagħmel dan. Għadu avukati li lesti jaħdmulu b’xejn!

Mela din il-familja trid tieqaf tilgħab bl-emozzjonijiet tan-nies biex tilħaq l-għanijiet maħmuġin tagħha. U Matthew Caruana Galizia jrid jieqaf jitnejjek bil-poplu Malti. Hu jaf li qed ngħidlu s-sewwa.

Allaħares Malta ċċedi quddiem attakk ġej minn żewġ MEPs, waħda Franciża u oħra Awstrijaka mbuttati minn Matthew Caruana Galizia. Wieħed jispera wkoll li l-MEPs Maltin kollha ma jċedux quddiem din il-kampanja kontra Malta u jgħidu fil-pubbliku li ma jaqblux mal-familja Caruana Galizia fuq din il-kwestjoni.

Waħda miż-żewġ MEPs fil-kwestjoni hija Claudia Gamon li ġejja mill-formazzjoni liberali peress li hija ġiet eletta fil-Parlament Ewropew f’isem il-formazzjoni liberali fl-Awstrija NEOS. F’pajjizha hi ħadmet ħafna kontra l-knisja u r-reliġjon kristjana. Għal ġieħna, il-knisja ta’ l-arċisqof Scicluna wżat il-media tagħha biex tmexxi l-agenda ta’ Matthew Caruana Galizia u sħabu li ħlief lanżit kontra l-knisja kattolika ma għandhomx. Qed ngħid dan biex nuri x’aġenda maħmuġa mexxa u qed imexxi l-arċisqof Scicluna li ma jiddejjaqx ibiegħ lill-istess Knisja ta’ Kristu għal tletin biċċa tal-fidda.

It-tieni waħda hija Marie Toussaint li hi MEP Franċiża eletta fil-formazzjoni tal-ħodor. L-ebda waħda minn dawn l-MEPs ma hi parti mill-partit l-kbar fil-Parlament Ewropew.

Jekk il-Partit Nazzjonalista jrid jibda jkollu rispett fost l-elettorat, għandu jikkundanna lil dawn iż-żewġ MEPs bħal tlaqliq u kundizzjoni. Meta jagħmel dan jara kif jibda javvanza fost l-elettorat Malti.

2 thoughts on “Sejjer il-Partit Nazzjonalista jikkundanna l-isforzi tal-familja Caruana Galizia biex itellfet fondi Ewropej lil Malta?

Leave a Reply

Your email address will not be published.