Tkompli toħroġ fil-beraħ l-agenda ta’ Xarabank kontra l-eks-Direttur Alex Dalli

Xi xhur ilu, Xarabank tella’ programm kontra eks-Direttur tal-Ħabs għaliex dan ma riedx jagħti lill-priġunier partikolari leave biex ikun jista’ jiżżewweġ. Dan wassal biex Peppi Azzopardi kien għamel programm kontra Alex Dalli minħabba din l-istorja u kien ġab l-għarusa ta’ dan il-priġunier biex titkellem dwar dan il-każ fil-programm Xarabank. Dan kien anki wassal biex dan il-priġunier fetaħ kawża kostituzzjonali kontra l-istess Alex Dalli talli kien ċaħdu minn dan il-leave.

Issa ġara li dan il-priġunier ma għadux ma din l-għarusa. Għandu oħra. Din hija l-ħajja personali tiegħu. Biss dak li hu ta’ interess pubbliku f’dan il-każ huwa post li dan il-priġunier kiteb fuq Facebook. Dan il-priġunier tella’ dan il-post biex jakkuża lill-eks-għarusa tiegħu b‘ingann. Dan il-priġunier kiteb dan il-post bl-Ingliż u fih qal li l-eks-tiegħu daħqet bih. Akkużaha li għandha l-HIV imma lilu ma qaltlux. Fuq kollox, kiteb li hu ma għandux dan it-tip mard u mard ieħor ta’ natura sesswali għaliex fil-ħabs jiġi ttestjat darbtejn fis-sena. Mela Alex Dalli jieħu ħsieb il-priġunieri tiegħu u illum l-istess priġunieri qed jirrikonoxxu dan il-fatt.

Minn informazzjoni li għandi dan, spiċċat saret pressjoni fuq dan il-priġunier biex ineħħi dawn il-post għaliex kien hemm biża’ li dan jista’ jispiċċa fuq dan is-sit. Nispera li wara din l-istrateġija biex jitneħħa dan il-post ma kienx hemm l-id moħbija ta’ Xarabank!

Fejn huma issa ta’ Xarabank? Ser jagħmlu xi programm fuq dan il-każ u jgħidu kemm kien għaqli Dalli li ma tax leave lil dan il-priġunier? Ser jgħidu li dan il-priġunier spiċċa jirringrazzja lill-ħabs? Dażgur li le. L-aqwa li nitfgħu t-tajn.

One thought on “Tkompli toħroġ fil-beraħ l-agenda ta’ Xarabank kontra l-eks-Direttur Alex Dalli

Leave a Reply

Your email address will not be published.