Anzjana ta’ 91 sena, li bil-kemm timxi, ser tispiċċa l-ħabs għax ma dehritx il-qorti: NGOs ser joħorġu jipprotestaw?
Waħda xiħa kienet instabet ħatja fl-2014 ta’ reati li wettqet. Ingħatat sentenza sospiża u anki weħħlet multa. Ġara li din l-anzjana, li twieldet fl-1930, ma ħallsitx il-multa. B’hekk f’Settembru tal-2014 ġiet ikkundanata li tintbagħat il-ħabs. Ġara li din il-mara appellat. Issa f’Mejju tal-2021 kien għadu qed jinstema l-appell u din il-mara ma dehertx il-qorti. B’hekk tilfet l-appell u din issa ser tintbagħat il-ħabs.
Mhux ser nidħol fil-każ u għala spiċċa l-ħabs, biss għandha mara jew aħjar nanna ta’ 91, li hija kważi bed ridden – u din kienet ir-raġuni li ma tellgħatx il-qorti – tmur il-ħabs?
Fejn huma l-NGOs f’dan il-każ? Din ix-xiħa llum tinsab f’dar tal-xjuħ u spiċċat mgħassa 24 siegħa kuljum. Naħseb li l-qrati jridu juru aktar umanita’. U naħseb li hemm modi aktar effikaċi fejn nużaw il-forzi tas-siġurta’ tagħna u mhux biex naħluhom biex jgħassu xiħa li bil-kemm tiflaħ timxi!
Mela bhal ma spicca Karol Aquilna talli baqa ghadejj fuq l-ahmar u kien se joqtol Pulizija.